Futbol lokali
Tim Nazzjonali tan-Nisa: Għada l-ewwel partita tal-grupp kontra d-Danimarka

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa għada l-Ħamis jilgħab l-ewwel partita mill-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2023 kontra d-Danimarka.

Il-partita tibda fis-6.00pm u tintlagħab fil-Viborg Stadium.

Il-kowċ nazzjonali Malti Mark Gatt qal li t-tim nazzjonali jinsab preparat għal din il-partita iżda wissa’ li Malta se tkun qed tilgħab kontra wieħed mill-aqwa timijiet tal-futbol tan-nisa fid-dinja.

Fl-aħħar partiti tal-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew, it-tim nazzjonali tan-nisa waqqaf rekord ta’ 10 punti fil-grupp bi tliet rebħiet u draw.

F’dan il-grupp ma’ Malta u d-Danimarka hemm ukoll ir-Russja, il-Montenegro u l-Ażerbajġan.

Miktub minn...
TVM Sport