Futbol lokali
Tazza tad-Dinja tan-Nisa 2023: Malta bl-ewwel partita ta’ Grupp E fid-Danimarka fis-16 ta’ Settembru

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa se jkun qed jilgħab fid-Danimarka fl-ewwel partita tal-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja fis-16 ta’ Settembru li ġej.

L-ewwel partita f’Malta għan-nisa Maltin tkun ħamest ijiem, fil-21 ta’ Settembru, kontra l-Bożnija u l-Herzegovina.

Malta ttellgħet biex tilgħab fi Grupp E tal-Kampjonat Ewropew 2022. L-avversarji l-oħra huma r-Russja, l-Ażerbajġan u l-Montenegro.

Il-kalendarju kollu ta’ Grupp E ta’ Malta huwa dan:

GRUPP E

Danimarka – Malta: Il-Ħamis 16 ta’ Settembru 2021

Malta – Bożnija u Herzegovina: It-Tlieta 21 ta’ Settembru 2021

Russja – Malta: Il-Ħamis 21 ta’ Ottubru 2021

Ażerbajġan – Malta: It-Tlieta 26 ta’ Ottubru 2021

Malta – Montenegro: Il-Ġimgħa 26 ta’ Novembru 2021

Bożnija u Herzegovina: – Malta: It-Tlieta 30 ta’ Novembru 2021

Malta – Danimarka: Il-Ġimgħa 8 ta’ April 2022

Malta – Russja: It-Tlieta 12 ta’ April 2022

Malta – Ażerbajġan: Il-Ġimgħa 2 ta’ Settembru 2022

Montenegro – Malta: It-Tlieta 6 ta’ Settembru 2022

Miktub minn...
TVM Sport