Futbol lokali
Tim Nazzjonali tan-Nisa: Malta tibda b’telfa kerha ta’ 7-0 kontra d-Danimarka

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa llum kien impenjat fl-ewwel partita mill-Grupp ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2023.

Telfa għat-tim nazzjonali Malti kontra d-Danimarka bi skor kbir ta’ 7-0.

Id-Daniżi fil-vantaġġ b’gowl fl-14-il minuta ta’ Sanne Troelsgaard. Huma rduppjaw minn Signe Bruun fit-23 minuta. Stine Larsen għamlithom 3-0 tliet minuti wara.

Mal-ftuħ tat-tieni taqsima, l-Iskandinavi komplew ikabru l-iskor. Pernille Harder skurjat ir-raba’ gowl fis-47 minuta u minuta wara, Signe Bruun reġgħet skurjat u għamlithom 5-0.

Fit-78 minuta id-Danimarka jiskurjaw is-sitt gowl minn Rikke Sevecke.

Is-seba’ gowl tad-Daniżi jiġi skurjat mill-istess Seveche minuta mit-tmiem.

Malta jmissha tilgħab kontra l-Bożnija u l-Herzegovina t-Tlieta 21 ta’ Settembru fis-18.30 fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali. Il-partita tixxandar dirett fuq tvm.com.mt/sport.

Il-partita ntlagħbet fil-Viborg Stadium.

Miktub minn...
TVM Sport