Futbol internazzjonali
Tim Nazzjonali tan-Nisa: Telfa ta’ 3-0 għal Malta fir-Russja

It-tim nazzjonali Malti tan-Nisa tilef 3-0 kontra r-Russja f’partita li ntemmet ftit tal-minuti ilu.

Il-partita ntlagħbet fil-Khimki Arena u kienet valida minn Grupp E ta’ Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja.

Il-gowls tar-Russi waslu eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima minn Korovkina u eżatt mal-ftuħ tat-tieni taqsima minn Mashkova.

It-tielet gowl tar-Russi wasal minn Belomyttseva, żewġ minuti mit-tmiem.

Din kienet it-tielet partita tal-grupp li fih Malta għanda punt bi draw akkwistat ftit tal-ġimgħat ilu fis-Centenary Stadium kontra l-Bożnija u l-Herzegovina fi skor finali ta’ 2-2.

Ir-referee tal-partita kienet Miriama Matulova mill-Federazzjoni tas-Slovakkja.

Malta tilgħab ir-raba’ partita mill-grupp it-Tlieta li ġej f’Baku fl-Ażerbajġan.

Miktub minn...
TVM Sport