Futbol lokali
Tim Nazzjonali U21: Il-UEFA tilqa’ l-appell ta’ Kyle Cesare…is-sospensjoni mnaqqsa għal 10 snin

Il-UEFA laqgħet l-appell li għamel Kyle Cesare, ex plejer tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, dwar sentenza li kienet tagħtu ta’ għomru barra mil-logħba tal-futbol.

Id-deċiżjoni ta’ Kyle Cesare kienet magħrufa lbieraħ u fiha, il-UEFA qalet li l-appell ta’ Kyle Cesare kien intlaqa’ u li s-sentenza ta’ għomor sospiż mil-logħba tal-futbol li kienet ingħatat fl-14 ta’ Diċembru 2017, issa tnaqqset għal 10 snin.

Iċ-Chairman tal-Bord kien Pedro Tomas ta’ Spanja filwaqt li l-Avukat Charlene Grima ddefendiet lil Cesare.

Kyle Cesare, permezz tal-Avukat Grima, talab ukoll il-bażi tad-deċiżjoni meħuda.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Futbol internazzjonali

Tkompli tikber il-probabilità li Antonio Conte jinħatar kowċ t’Inter matul il-ġimgħa d-dieħla, ftit tal-jiem wara li jintemm dan l-istaġun. Inter mistennija jilagħbu l-aħħar logħba tal-istaġun 2018/19 nhar il-Ħadd li ġej…

Futbol internazzjonali

Id-deċiżjoni hija finali. L-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ser tkun bi 32 tim. Id-deċiżjoni kienet komunikata mill-FIFA fejn intqal li wara konsultazzjoni wiesgħa u komprensiva, ġie konkluż li fiċ-ċirkostanzi preżenti, il-proposta…

Futbol internazzjonali

Wara t-tmiem tal-Bundesliga fejn Borussia Dortmund spiċċaw fit-tieni post tal-klassifika, huma ma ħlewx ħin sabiex jibdew isaħħu l-iskwadra għall-istaġun li ġej għaliex fi ftit sigħat ħabbru tliet trasferimenti. L-ewwel trasferiment…

Aktar