Futbol lokali
Tim Nazzjonali U21: L-ebda paragun…l-Iżvezja jiddominaw minn kull aspett u jiskurjaw erbgħa

Partita minn Grupp 6 ta’ taħt il-21 sena, ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fl-Italja s-sena d-dieħla:

Telfa ta’ 4-0 għal Malta kontra l-Iżvezja fis-Centenary Stadium f’Ta’ Qali.

L-Iżvedizi ħadu biss 3 minuti biex imorru fil-vantaġġ: azzjoni ta’ Ingellson minn fuq il-lemin, bil-ballun jispiċċa f’saqajn Andersson li żmarkat f’tarf il-kaxxa ż-żgħira bil-kalma kollha tefa’ fix-xibka.

Ir-reazzjoni tal-Maltin damet ma waslet, l-ewwel azzjoni kienet xutt għoli ta’ Corbolan fit-22 minuta.

Fit-30 minuta triangulazzjoni tajba Żvediża bix-xutt finali ta’ Levi jmur ftit barra.

Fit-32 minuta l-iskor isir 2-0. Kross ta’ Tekie minn mal-linja, Karl Micallef naqas li jikklerja uStrandberg waħdu ma falliex.

Jgħaddu 6 minuti oħra u Jake Galea jeħles lill-Maltin minn azzjoni perikoluża li setgħet issarfet f’gowl ieħor meta ħareġ tajjeb u mblokka f’saqajn Standberg.

Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, flick ta’ Corbolan minn corner tispiċċa mal-ġenb tax-xibka.

Fit-tieni taqsima, l-ewwel azzjoni fit-58 minuta meta xutt ta’ Levi għadda ftit barra u fis-60 minuta, l-iskor isir 3-0. Rakip mix-xellug tal-kaxxa lejn in-nofs, Strandberg kellu l-iktar biċċa xogħol faċli biex mattar saqajh u tefa’ f’xibka vojta.

Fid-79 minuta, l-iskor isir 4-0. Jean Borg waqqa’ lil Levi fil-kaxxa, ir-referee jordna penalty li mill-11-il metru Rakip tefa’ l-ballun naħa u lil Galea n-naħa l-oħra.

Skor finali ta’ 4-0. Żvezja dominanti u superjuri fiżikament u tattikament bit-tim Malti nieqes mill-ideat meħtieġa għall-partita ta’ din l-importanza.

Rebħa importanti li ttella’ lill-Iżvezja fl-ewwel post ta’ Grupp 6 bi 17-il punt daqs il-Belgju.

Għal Malta s-seba’ telfa minn sebgħa. Issa jonqos il-partiti f’darna kontra l-Belġju f’Settembru, u l-Ungerija u Ċipru f’Ottubru.

Malta lagħbet b’din il-formazzjoni: Galea, Borg, Micallef, Vella, Mbong, Grech, Nwoko, Degabriele, Beerman, Nwoko u Corbolan.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Hamrun Spartans FC itterminaw il-kuntratt bi qbil ma’ Antonio Monticelli, il-midfielder tagħhom ex Floriana FC. Ftit tal-minuti ilu, l-aħbar dehret fuq is-sit soċjali uffiċjali ta’ Facebook tal-klabb. F’din il-kitba, Hamrun…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt ta’ Paul Bonett, ex referee internazzjonali. Bonett kellu 88 sena. Bonett kien wieħed mill-ewwel referees Maltin fuq il-panel tal-FIFA. Hu kien ukoll l-ewwel referee Malti li kkontrolla partita…

Aktar