Futbol lokali
Tim nazzjonali U21: Telfa ta’ 5-2 kontra l-Ġorġja

Telfa oħra għat-team nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena: did-darba 5-2 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Georgjia.

Wara ballun maqlugħ minn fuq il-linja minn Sansone, Georġjani minn fuq mal-kwarta logħob: fi tmiem azzjoni veloċi Bughridze sab ruħu wiċċ imb’wiċċ ma’ Jake Galea u żerċaq minn taħtu għal ġewwa. 27 minuta: l-iskor isir 1-1: ħarba tajba ta’ Degabriele fuq il-lemin u wara li evita żewġ players sab lil Nwoko li ndirizza fir-rokna tax-xibka.

Draw li dam biss ħames minuti: sakemm Zarandia rċieva fil-kaxxa u kellu ċ-ċans kollu jikkontrolla u jimmira għar-rokna ta’ fuq.

L-ewwel taqsima għalqet 2-1: imma doppjetta ta’ Arveladze fi tliet minuti fil-bidu tat-tieni waħda għamlet l-iskor 4-1: fiż-żewġ okkażjonijiet l-attakkant Ġeorġjan faċilment ikkonkluda wara l-goalkeeper sostitut Matthew Grech meta spiċċa waħdu quddiemu.

Fis-66 minuta: ġirja ta’ Sansone fuq ix-xellug, il-kross għan-nofs miżmum minn id difensur avversarju: mill-11-il metru Jake Grech ma jfallix.

Fil-ħin miżjud penalty ieħor id-darba għall-Georgia wara li l-captain Grech waqqa’ lill-captain avversarju: l-istess Zarandia jagħmel l-iskor finali Malta 2, Georgia 5.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

‘Forward Together’…’Flimkien ’il Quddiem’, hu l-isem tal-kampanja ta’ Bjorn Vassallo, kandidat għall-elezzjoni ta’ President tal-Malta Football Association, li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju li ġej. F’konferenza ta’…

Futbol lokali

Ir-referee Malti Trustin Farrugia Cann ġie promoss għal Kategorija 2 fuq il-Panel tal-FIFA. Farrugia Cann isieħeb lir-referee lokali l-ieħor Alan Mario Sant f’din il-kategorija li tfisser li jistgħu jikkontrollaw partiti…

Futbol lokali

Aktar transfer hekk kif Floriana wkoll bdew jiċċaqalqu bl-akkwisti kkordinati mill-President Riccardo Gaucci li ftit jiem ilu reġa’ ġie konfermat fil-kariga mill-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Greens. Floriana kkonfermaw l-akkwist ta’ Augusto…

Futbol lokali

Ikomplu l-akkwisti ta’ aktar players barranin mill-Club ta’ Balzan hekk kif dawn iffirmaw lill-attakkant mis-Serbja Stefan Dimic. Dimic, għandu 26 sena, u fil-passat lagħab mat-teams tal-Youths u anke ta’ taħt…

Aktar