Futbol lokali
BIL-FILMAT: Tim Nazzjonali U21 – Wirja kbira u rebħa mistħoqqa għal Malta kontra l-Ungerija

It-tim nazzjonali Malti tal-futbol ta’ taħt il-21 sena, illum kellu rebħa tajba fid-9 partita mill-Grupp ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej kontra l-Ungerija bi skor ta’ 2-1.

Kienet wirja ta’ kuraġġ li ħarġet ta’ eroj lill-plejers Maltin li marru fil-vantaġġ u reġgħu skurjaw il-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud.

Kienet rebħa mistħoqqa għat-tim immexxi mill-kowċ nazzjonali Silvio Vella li lagħbu l-aqwa partita tagħhom f’dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni.

Malta fetħet l-iskor wara 12-il minuta logħob. Freekick ta’ Jurgen Degabriele, daqqa ta’ ras ta’ Guillamier li għeleb lill-gowlkipert avversarju.

L-Ungerija ġabu l-gowl tad-draw mal-ftuħ tat-tieni taqsima. Corner ta’ Zsoter u Attila Szalai għola fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras għeleb lil Jake Galea.

Il-gowl tar-rebħa tal-Maltin wasal fil-ħin miżjud meta Degabriele reġa’ ta’ pass perfett lil Myles Beerman li żamm b’mod perfett u b’xutt fl-għoli għeleb lill-gowlkiper avversarju Bese.

Din kienet rebħa li tagħti kuraġġ kbir lit-tim nazzjonali Malti għal li ġej.

Malta tilgħab l-aħħar partita ta’ dan il-grupp kontra Ċipru fis-Centenary Stadium, nhar it-Tlieta.

Miktub minn...
Mark Attard
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programmi UEFA Europa League Highlights u UEFA Champions League Highlights.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

MFA BOV SUPER CUP 2018 Valletta…..2 Balzan……1 Valletta jgħaqqdu t-tużżana: it-team tal-kapitali żied mar-rekord tiegħu stess u għamilhom tnax-il suċċess fil-BOV Super Cup meta f’finali missielta imma nieqsa minn azzjoni…

Futbol lokali

Valletta jfittxu t-treble u Balzan jimmiraw għall-ewwel unur ewlieni fl-istorja tal-club meta għada jilagħbu għall-BOV Super Cup. Is-Super Cup tradizzjonalment tlaqqa’ liċ-champions mar-rebbieħa tal-FA Trophy: dis-sena miss lil Balzan bħala…

Futbol lokali

Tħabbret il- mewt tal- eks-referi internazzjonali Charles Scerri. Il-karriera tiegħu fil-logħba tal- futbol kienet waħda twila. Huwa kien anke ingħata diversi inkarigi internazzjonali mill-aktar importanti, kemm lejn l-aħħar tas-snin sebgħin…

Aktar