Futbol lokali
Timijiet Nazzjonali U17 U19: Jitellgħu l-poloz rispettivi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni EURO 2020-21

Itellgħu l-poloz tat-timijiet Nazzjonali ta’ taħt is-17 u d-19 -il sena validi mir-Rawnd ta’ Kwalifikazzjoni tal-UEFA EURO 2020/21.

It-tim ta’ taħt id-19 -il sena se jilgħab mal-Ingilterra, Slovenja u Wales fi Grupp 10. Il-mini turnament se jintlagħab f’Wales bejn il-11 u s-17 ta’ Novembru 2020. It-tim Malti kien f’Pot D flimkien mal-Montenegro, Kossovo, Albanija, Kazakhstan, Andorra, Lussemburgu, Moldova, Estonja, Gżejjer Faroe, Lithuania, Gibilta’ u San Marino.

Il-finali tat-turnament se ssir fir-Rumanija fis-Sajf tas-sena 2021.

Min naħa l-oħra t-tim Malti ta’ taħt is-17 -il sena se jilgħab fi Grupp 11 flimkien mal-Ġermanja, Polonja u Maċedonja ta’ Fuq. Il-mini turnament se jintlagħab bejn il-11 u s-17 ta’ Novembru 2020 bl-ospiti jkunu l-Maċedonja ta’ Fuq.

It-tim Malti kien f’Pot D flimkien mal-Lithuania, Albanija, Estonja, Armenja, Kazakhstan, Kossovo, Andorra, Liechtenstein, Moldova, Lussemburgu, San Marino u Gibilta’.

Il-finali tat-turnament se ssir f’Mejju tas-sena 2021 f’ Ċipru.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar