Futbol internazzjonali
Tinfetaħ investigazzjoni dwar it-trasferimenti tal-plejers fl-Italja … Juventus bl-akbar numru ta’ każi

Il-Prosekutur Federali fl-Italja fetaħ investigazzjoni fuq numru ta’ trasferimenti li seħħew fil-futbol Taljan bejn l-2019 u l-2021.

Fil-ġimgħat li għaddew il-Kummissjoni Superviżorja tal-klabbs tas-Serie A, ressqet rapport quddiem il-Prosekutur Federali u minn hemmhekk infetħet investigazzjoni li huwa rrappurtat li tinkludi mat-62 trasferiment.

Skont il-ġurnali La Repubblica u Il Tempo, it-62 trasferiment seħħew bejn l-2019 u l-2021. Qiegħed jingħad li f’xi trasferimenti l-ammont ta’ ħlas għal plejer kien minfuħ sabiex il-klabbs jirnexxilhom jibbilanċjaw il-kotba finanzjarji.

Jidher li l-attività ta’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti qed tkun l-aktar investigata, bil-ġurnal Gazzetta dello Sport jgħid li hemm xejn inqas minn 42 trasferiment li jinvolvi lill-bianconeri.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA