Futbol internazzjonali
Tingħata tislima lil Emiliano Sala qabel il-logħba bejn Arsenal u Cardiff City

It-timijiet ta’ Cardiff City u Arsenal sellmu lill-memorja tal-plejer Emiliano Sala li ġimgħa u nofs ilu ntilef flimkien mal-pilota David Ibottson waqt titjira minn Nantes fi Franza għal Cardiff f’Wales. Qabel ma’ bdiet il-logħba fl-Emirates Stadium, il-plejers Sol Bamba ta’ Cardiff u Mesut Ozil ta’ Arsenal poġġew fjuri għall-memorja ta’ dan il-plejer Arġentin li flimkien mal-pilota u l-ajruplan għadhom ma nstabux minn nhar it-Tnejn 21 ta’ Jannar.

Sala kien sejjer f’Wales wara li Cardiff ħallsu somma rekord ta’ aktar minn €21 miljun għalih. Emiliano Sala kien diġa’ ltaqa’ mal-plejers ta’ Cardiff qabel il-logħba kontra Newcastle United, u mar lura f’Nantes sabiex isellem lil sħabu tat-tim Franċiż għall-aħħar darba. L-isfortuna kienet li dik kellha tkun l-aħħar tislima għal kulħadd.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Riżultati Serie A it-33 ġurnata: Parma 1 – 1 Milan Bologna 3 – 0 Sampdoria Cagliari 1 – 0 Frosinone Empoli 2 – 4 SPAL Genoa 0 – 1 Torino…

Futbol internazzjonali

Football Internazzjonali: Mill-Premier League Ingliż Manchester City jirbħu 1-0 kontra t-team li eliminhom mill-UEFA Champions League: Tottenham Hotspur. Fl-Etihad Stadium kien Philip Foden li beda l-logħba mal-ewwel ħdax li skorja…

Futbol internazzjonali

Illejla, Juventus jistgħu jsiru ċampjins fl-Italja għat-tmien staġun konsekuttiv meta fl-Allianz Stadium jilqgħu lill-Fiorentina. Dan ser ikun il-35 Scudetto li l-bianconeri ser ikunu rebħu fl-istorja tagħhom, u wara t-telfa kontra…

Futbol internazzjonali

Chelsea, Arsenal, Valencia u Eintracht Frankfurt huma t-timijiet li se jkunu qed jilagħbu fis-semifinali tal-UEFA Europa League. Fil-partiti mit-tieni legs tal-kwarti tal-finali, huma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ispejjeż ta’ Sparta Prague, Napoli,…

Aktar