Futbol internazzjonali
Tintemm is-sospensjoni ta’ Michel Platini mill-FIFA

L-ex President tal-UEFA, Michel Platini, jista’ jirritorna lura fil-futbol hekk kif ġiet fi tmiemha s-sospensjoni ta’ erba’ snin wara li kien misjub ħati li kiser l-etika sportiva. Is-sospensjoni ta’ Platini kienet dovuta għall-pagament li rċieva mingħand il-FIFA fl-2011 li kien jammonta għal 2 miljun Frank Żvizzeru.

F’din il-kwistjoni, li kien anke mdaħħal fiha l-President tal-FIFA Sepp Blatter, ġiet imtappna r-reputazzjoni tal-futbol dinji, bi Blatter u Platini jisħqu li dak kien pagament ta’ ftehim verbali li sar lura fl-1998 minħabba xogħol li l-Franċiż kellu jagħmel lill-Iżvizzeru.

Is-saga ta’ Michel Platini baqgħet għaddejja, fejn f’Ġunju ta’ din is-sena kien arrestat u mistoqsi mill-pulizija Franċiża dwar l-involviment tiegħu fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 li ser issir fil-Qatar. Għalkemm is-sospesjoni ta’ Platini issa spiċċat, xorta waħda għadu taħt investigazzjoni mill-pulizija.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-futbol tal-Bulgarija Borislav Mikhailov rrenżenja wara li qam furur dwar abbuż razzjali waqt il-logħba ta’ kwalifikazzjoni bejn il-Bulgarija u l-Ingilterra f’Sofia. Il-partita li ntrebħet mill-Ingilterra bl-iskor ta’ sitta…

Futbol internazzjonali

Illejla tiġi fi tmiemha ġurnata oħra tal-fażi tal-gruppi għall-UEFA Euro 2020, fejn jerġa’ jidħol fl-azzjoni t-tim nazzjonali Malti, b’logħba away kontra l-Gżejjer Faroe. Il-logħob tal-lejla huwa dan: GRUPP D 20:45…

Futbol internazzjonali

L-attakant tas-Senegal u ta’ Liverpool Sadio Mané tkellem dwar l-għajnuna li qiegħed jagħti lil pajjiżu u pajjiżi oħra Afrikani. F’intervista li kellu mal-kamra tal-aħbarijiet NsemWoha.com, Mané saħaq li għalih mhuwiex…

Aktar