Futbol internazzjonali
Tintemm l-ewwel ġurnata tal-ġuri ta’ Jerome Valcke u Nasser Al-Khelaifi

Tintemm l-ewwel ġurnata tal-ġuri fl-Iżvizzera tal-ex Segretarju tal-FIFA Jerome Valcke u ċ-Charmain ta’ Bein Sports Nasser Al-Khelaifi, dwar id-drittijiet televiżivi marbuta ma’ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet.

Valcke, ta’ 59 sena, diġà hu sospiż għal 10 snin mill-FIFA minħabba ksur ta’ etikà.

Hu kien akkużat li aċċetta flus b’ingann, falsifikar ta’ dokumenti u tmexxija kriminali.

Al-Khelaifi, il-President ta’ PSG, u membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA, jinsab akkużat li għen lil Valcke jagħmel dan.

Al-Khaleifi hu wieħed mill-aktar persuni b’saħħithom fil-futbol Ewropew.

Il-ġuri mistenni jintemm fil-25 ta’ Settembru.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Il-FIFA Club World Cup li kellha ssir f’Doha f’Diċembru li ġej mhux se ssir minħabba l-pandemija COVID-19. Dan kien ikkonfermat il-bieraħ waqt il-Kungress ta’ din is-sena tal-FIFA li sar b’mod…

Aktar