Futbol internazzjonali
Tipsport Malta Cup: finali Slovan – Brno
Nhar it-Tnejn fis-1.30 fl-Istadium Nazzjonali

Slovan Bratislava tas-Slovakkja u Zbrojovka Brno tar-Repubblika Ċeka se jikkontestaw il-finali tal-ewwel edizzjoni tat-TipSport Malta Cup nhar it-Tnejn li ġej fl-Istadium Nazzjonali Ta’ Qali.

Fis-semifinali tal-lum Slovan għelbu lit-team tas-Superliga Ċeka Mlada Boleslav 2-1: waqt li fil-konfront bejn it-timijiet tat-Tieni Diviżjoni Ċeka, kienu Brno li ħarġu rebbieħa 2-0 fuq Taborsko.

Il-finali ta’ nhar it-Tnejn tibda fis-1.30 ta’ wara nofsinhar: qabilha fil-11 ikun hemm il-partita għat-tielet post bejn is-semifinalisti telliefa.

Dan it-tournament kwadrangulari huwa inizjattiva tal-kumpanija MFA SportsPlus b’kollaborazzjoni mal-aġenzija Ċeka tal-betting Tipsport: bit-timijiet Ċeki u dak Slovakk japprofittaw mill-waqfa għax-xitwa tal-kampjonati f’pajjiżhom u jieħdu l-okkażjoni għal training camp qasir fil-klima ferm aktar favorevoli ta’ Malta.

L-Erbgħa u l-Ħamis filgħaxija l-erba’ timijiet se jkunu mpenjati f’partiti ta’ ħbiberija ma’ Hibernians, Floriana, Balzan, u Gżira Utd, dejjem fl-Istadium Nazzjonali.

 

It-Tnejn – Stadium Nazzjonali

11:00 Partita għat-3 Post: FK MAS Taborsko – FK Mladá Boleslav

13:30 Finali: FC Zbrojovka Brno – SK Slovan Bratislava

L-Erbgħa – Stadium Nazzjonali

18:00 FC Zbrojovka Brno – Hibernians

20:00 FK MAS Taborsko – Floriana

Il-Ħamis – Stadium Nazzjonali

18:00 FK Mladá Boleslav – Balzan

20:00 SK Slovan Bratislava – Gżira Utd

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

West Ham United komplew telgħin aktar il-fuq fil-klassifika tal-Kampjonat Premier dan wara li l-bieraħ huma għelbu lil Fulham bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Fulham li fetħu l-iskor wara biss tlett minuti…

Futbol internazzjonali

Chelsea ġew sospiżi għal żewġ transfer windows mill-FIFA u mwaħħla 600,000 frank żvizzeru wara li nstabu ħatja li kisru Artiklu 19 tar-regolamenti dwar reġistrazzjonijiet tal-plejers. Il-FIFA qalu li Chelsea kisru…

Futbol internazzjonali

Illum wara nofsinhar telgħu l-poloz tal-aħħar sittax tal-kompetizzjoni tal-UEFA Europa League. L-ewwel leg jintlagħab fis-7 ta’ Marzu mentri t-tieni leg jintlagħab fl-14 ta’ Marzu. Il-poloz kollha huma dawn: Chelsea –…

Futbol internazzjonali

Il-UEFA ħarġet stqarrija dwar l-użu tal-VAR fil-logħba tar-Round tas-16 taċ-Champions League nhar l-Erbgħa li għadda, fejn Manchester City barra minn darhom għelbu lil Schalke bl-iskor ta’ 3-2. Dan wara li…

Aktar