Atletika
Tirritorna l-atletika fir-Repubblika Ċeka

Fir-Repubblika Ċeka, wara r-ritorn tat-tennis matul il-ġimgħa li għaddiet, mill-bieraħ irritornat l-atletika bl-edizzjoni ‘Back on Track.’ Diversi atleti Ċeki ħadu sehem fl-ewwel ġurnata ta’ din l-edizzjoni minn meta kollox ġie sospiż minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Iċ-champion tal-javelin Barbora Spotakova ħarġet rebbieħa, l-istess kif għamlet Nikola Ogrodnikova fit-throw meta tefgħet f’distanza ta’ 63.69m.

Fix-shot put tal-irġiel Tomas Stanek ħareġ rebbieħ meta tefa’ f’distanza ta’ 21.13m.

L-atletika hija t-tieni sport wara t-tennis li rritorna fir-Repubblika Ċeka u mistenni li fil-ġimgħat li ġejjin jirritornaw aktar attivitajiet sportivi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-Belarus se jikkunsidraw offerti mingħand atleti Russi li jkunu jixtiequ jikkompetu għal pajjiżhom. Dan qaluh il-federazzjoni tal-atletika tal-Belarus. Bħalissa, l-atleti Russi huma sospiżi milli jikkompetu taħt il-bandiera ta’ pajjiżhom. L-atleti…

Atletika

Wara żewġ avvenimenti b’suċċess għall-kbar, fl-aħħar anke l-atleti ż-żgħar għandhom l-opportunità li jesprimu t-talent u t-taħriġ tagħhom hekk kif il-kompetizzjonijiet tal-MAAA għall-kategoriji tagħhom jirritornaw wara nuqqas ta’ erba’ xhur wara…

Atletika

Wara li nhar is-Sibt li għadda l-kompetizzjonijiet tal-atletika f’pajjiżna rritornaw b’għadd ta’ riżultati tajbin, il-Malta Amateur Athletic Association se tkun qed terġa’ tilqa’ lill-atleti fit-trakka tal-Marsa llejla fit-tieni avveniment tagħha…

Aktar