Futbol internazzjonali
Tista’ tinnota xi ħaġa ħażina f’dan l-istadium?

Iċ-ċirku ta’ nofs il-grawnd fl-Istadium Jose Garbelini ġibed l-attenzjoni ta’ ħafna. Dan iċ-ċirku kien impenġi ħażin, imma mhux biss. Kienu diversi n-nuqqasijiet li nstabu fuq it-turf tal-istadium, fejn anke l-linja ta’ nofs il-grawnd ma kenitx dritta. L-istadium intuża għal-logħba mit-Tielet Diviżjoni tal-kampjonat Brażiljan bejn Cambe u Paranavai, fejn minkejja li xi plejers ipprotestaw dwar kif kien iċ-ċirku ta’ nofs il-grawnd u linji oħra, il-logħba xorta waħda baqgħet għaddejja.

Skont il-kumpanija Brażiljana Globo Sports, l-istadium huwa proprjetà tal-belt, imma l-marki tal-grawnd jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-klabbs. Jidher li kienu l-persuni mqabbda mit-tim ta’ Cambe li mmarkaw iċ-ċirku ta’ nofs il-grawnd u l-linji ħżiena, sitwazzjoni li m’għenet xejn fil-konfront li lagħab it-tim. Cambe ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 2-0, imma l-marki ħżiena ma kellhom xejn x’jaqsmu mal-wirja ħażina tal-klabb.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA