Basketball
Titħabbar il-mewt ta’ Anna Jetcheva

Luttu fil-komunita’ sportiva lokali għall-mewt ta’ Anna Jetcheva: Bulgara li għixet Malta għal bosta snin li matulhom il-familja tagħha bniet reputazzjoni qawwija fl-isport.

Jetcheva oriġinarjament ġiet Malta biex tilgħab il-basketball u kienet parti mit-team nazzjonali tat-tfajliet li rebaħ il-medalja tad-deheb fil-Logħob għall-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa hawn Malta stess fl-2003.

Żewġha Jivko huwa head coach tal-isprints u l-jumps ma’ Pembroke Athleta: diversi atleti li għaddew minn taħtu kisru rekords u rebħu unuri għal Malta. Anna u Jivko kienu t-tnejn PE Teachers l-iskola ta’ Stella Maris, u binthom Elena Jetcheva hija tennista li wkoll irrappreżentat lil Malta f’livell internazzjonali.

TVMSport huwa nfurmat li l-funeral ta’ Anna Jetcheva se jsir il-Bulgarija fejn mietet hija u żżur il-familja tagħha.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Basketball

Starlites GIG huma champions tal-basketball tan-nisa għall-ewwel darba fl-istorja tal-club wara li fil-playoff deċiżiva għall-Kampjonat Mapfre MSV Life għelbu lil Hibernians 73 – 69 biex rebħu s-serje ta’ playoffs 3-2….

Basketball

Gżira Athleta huma ċ-Champions il-ġodda tal-Kampjonat BOV irġiel tal-ewwel diviżjoni meta ħadu t-tielet rebħa minn tlieta fuq Hibernians.      

Basketball

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa. Hekk kif fadal inqas minn 26 ġurnata għal bidu tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-logħob li se jsiru fil-Montenegro għada l-Kumitat Olimpiku Malti mistenni jagħti aktar dettalji…

Basketball

Iċ-champions renjanti Hibernians se jiffaċċjaw lil-Gżira Athleta fil-finali fuq bażi ta’ playoff best-of-5 għall-kampjonat tal-Basketball BOV Basketball tal-ewwel diviżjoni. Il-President tal-MBA Paul Sultana u l-Uffiċjal Kap tal-BOV Peter Perotti indirizzaw…

Aktar