
Motorsport
Titħabbar uffiċjalment ir-rotta tar-Rally ta’ Dakar
Tħabbret uffiċjalment ir-rotta tat-43 edizzjoni tar-rally ta’ Dakar.
It-tellieqa se ssir fl-Arabja Sawdija bejn it-3 u l-15 ta’ Jannar u se tkun qed tibda u tispiċċa f’Jeddah.
It-tellieqa se tkun twila 7,646 kilometru b’4,767 kilometru minnhom fid-deżert.
B’kollox se jkunu qed jikkompetu 321 karozza
Il-kategorija tal-karozza fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet kienet intrebħet minn Carlos Sainz ta’ Spanja filwaqt li l-Amerikan Ricky Brabec rebaħ il-kategorija tal-muturi.