Titneħħa għal kollox is-sospensjoni tal-kowċ ta’ Pieta H Noel Coleiro

Football lokali: il-kowċ ta’ Pieta’ Hotspurs Noel Coleiro inħeles minn kull akkuża wara li appella minn sospensjoni ta’ sitt xhur mogħtija mill-bord tad-dixxiplina tal-MFA.

Coleiro kien ġie sospiż fuq rapporti ta’ nċidenti wara l-partita ta’ Pieta’ ma’ Floriana ftit tal-gimghat ilu.

Coleiro issa se jkun jista’ jmexxi t-tim tiegħu b’mod normali fuq il-bank nhar il-Ħadd li ġej fl-ewwel loghba tas-sena għal Pieta’ Hotspurs kontra Sliema Wanderers.

Miktub minn...
Rodney Vassallo