Futbol lokali
Titneħħa l-projbizzjoni fuq Birkirkara FC

TVMSport jista’ jikkonferma li l-MFA neħħiet il-projbizzjoni fuq il-club tal-Premier ta’ Birkirkara wara li l-club wasal għal ftehim dwar ħlasijiet pendenti lill-ex-coach Paul Zammit.

Il-club kellu jagħti iktar minn 120,000 ewro lil Zammit wara li l-ex-coach fittxu għal ksur ta’ kuntratt fi kwistjoni li kaxkret ix-xhur u li kienet tinvolvi l-ħatra tal-ex-player ta’ Liverpool u Roma John Arne Riise bħala direttur sportiv ta’ Birkirkara fiż-żmien li Zammit kien għadu head coach.

Il-kwistjoni ntemmet biss ftit tal-ġimgħat ilu meta l-bord tal-appelli tal-MFA żamm ma’ deċiżjoni oriġinali tal-Complaints Board tal-istess assoċjazzjoni li Zammit kellu jitħallas il-flus kollha dovuti lilu skont it-termini tal-kuntratt tal-club.

Birkirkara issa huma ħielsa li jirreġistraw l-akkwisti kollha ġodda li għamlu tul l-istaġun tat-trasferimenti. Sorsi qrib il-kumitat ta’ Birkirkara FC qalu lil TVMSport li l-club ħallas l-ammont sħiħ li kellu jieħu Zammit u li ħallas ukoll ħafna mill-arretrati dovuti lill-players u staff tekniku.

TVMSport huwa nfurmat li l-projbizzjoni fuq Birkirkara tneħħiet fil-livelli kollha, anke fuq il-youths u n-nisa fejn il-club issa wkoll huwa ħieles li jinnegozja akkwisti u trasferimenti.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali Malti Joseph Mbong jista’ jingħaqad ma’ Hamrun Spartans fis-sigħat li ġejjin. TVMSport jista’ jikkonferma li Hamrun Spartans diġà tkellmu ma’ Hibernians u mal-plejer innifsu. Jidher li bejn Hamrun…

Futbol lokali

Sitt gowls ta’ Zvezdan Vukovic għenu lil White Eagles jirbħu s-Super Cup  organizzata mill-Malta MiniFootball Association meta fil-grawnd tal-Marsa huma għelbu lil United Stars bl-iskor ta’ 10-7. Din kienet l-aħħar…

Futbol lokali

Il-plejer internazzjonali ta’ Malta tat-tim tan-nisa Emma Louise Lipman ingħaqdet mal-klabb Taljan ta’ Lazio. Lipman iffirmat kuntratt ta’ sena, b’opzjoni li jiġġġedded. Lipman twieldet fl-Ingilterra iżda għanda dixxendenza Maltija u…

Futbol lokali

L-ex plejer ta’ Hamrun Spartans, il-Brażiljan Leandro Motta, se jkun qed jilgħab fil-flokk ta’ Santa Lucia mill-istaġun li ġej. Motta kien lagħab ma’ Hamrun Spartans taħt it-tmexxija tal-kowċ Jacques Scerri….

Aktar