Futbol lokali
Titnieda l-Akkademja Edusport f’pajjiżna

L-Edusport Academy ilha mwaqqfa sa mill-2011. Kien l-ex plejer ta’ Motherwell Chris Ewing li waqqaf din l-Akkademhja bil-ħsieb li jiġbir flimkien l-isport, l-edukazzjoni, u l-ivvjaġġar.

Illum, l-Akkademja Edusport hija l-unika waħda privata fir-Renju Unit li għandha sħubija fil-FIFA u ngħatat kategorija ta’ taħriġ tal-Livell 2. L-Akkademija hija membru sħiħ tal-FA Skoċċiża, u ngħatat l-liċenzja esklussiva tal-UEFA Club. Bħalissa l-Akkademja toffri programmi ta’ taħriġ fil-Futbol, Rugby u Basketball.

L-Akkademja Maltija bdiet bi programm tal-futbol bl-intenzjoni li fil-futur qarib tespandi għal sport ieħor. Mark Miller inħatar bħala Head Coach, bit-taħriġ qed isir fil-kumpless tas-Sliema Wanderers. Fil-preżent Miller qed iħarreġ ’il fuq minn għoxrin plejer li għandhom iktar minn 18-il sena li bdew jitħarrġu u jibbenefikaw mill-programmi tal-Akkademja. Il-parteċipanti fl-Akkademja jagħmlu wkoll għaxar sigħat fil-ġimgħa ta’ lezzjonijiet intensivi fil-lingwa Ingliża.

Għat-tnedija tal-Akkademja Edusport f’Malta aktar kmieni dan ix-xahar kien hemm preżenti s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji Clifton Grima flimkien mal-President tas-Sliema Wanderers Club is-Sur Keith Perry, il-Head Coach Mark Miller u l-Kunsillier Wallace Vella Baldacchino.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji Clifton Grima faħħar l-inizjattiva li għaqqdet żewġ niċeċ importanti li jimxu id f’id fl-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss.

Aktar informazzjoni dwar il-programmi tal-Akkademja Edusport Academy jistgħu jinkisbu permezz tas-sit elettroniku – https://www.edusportacademy.com/

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA