Olimpijadi TOKYO 2020
Titnieda s-satellita li ser tintuża waqt l-Olimpjadi 2020

L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokyo ppreżentaw replika tas-satellita li ser tintuża’ matul il-logħob tas-sajf li ġej. Is-satelitta, li magħha għandha minjaturi l-karattri ‘Mobile Suit Gundam’ u ‘Char’s Zaku’ kiienet żviluppata flimkien mal-Università ta’ Tokyo u l-Aġenzja Esploratorja Spazjali Ġappuniża. Din is-satelitta ser tittellgħa fl-Istazzjon Spazjali Internazzjonali f’Marzu li ġej biex tibda torbita mad-dinja minn April tas-sena d-dieħla. Il-qies tas-satellita huwa ta’ 10cm x 10cm x 30cm.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA