Olimpijadi TOKYO 2020
Titqabbad il-fjamma olimpika fil-Greċja fost nuqqas ta’ qbil jekk l-Olimpjadi għandhomx isiru jew le

Fejn is-soltu jkun hemm stennija kbira għaċ-ċerimonja fejn titqabbad il-fjamma Olimpika, il-ġurnata tal-Ħamis kienet ikkaratterizzata minn aħbar waħda wara l-oħra t’attivitajiet sportivi  madwar id-dinjali bdew jiġu sospiżi minħabba l-Covid-19. Dan kollu ma waqqafx iċ-ċerimonja simbolika li saret fil-Greċja, fejn tqabbdet it-torċa olimpika li bdiet il-vjaġġ għal Tokjo sabiex tagħti l-bidu tal-Olimpjadi fis-sajf li ġej.

Kmieni l-Ġimgħa filgħodu l-Gvern Ġappuniż insista li s’issa mhemm l-ebda pjan sabiex l-Olimpjadi jiġu posposti jew ikkanċellati, lanqas li jsiru mingħajr spettaturi. Il-Gvern Ġappuniż għamel din l-istqarrija wara li l-Ħamis, il-President Amerikan Donald Trump qal li aħjar l-Olimpjadi jkunu posposti milli jsiru mingħajr spettaturi.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali flimkien mal-Gvern Ġappuniż għadhom għaddejjin bl-istess ritmu fil-preparamenti għall-Olimpjadi tas-sajf li ġej, u qed isostnu li ser jieħdu l-parir tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) li s’issa għadha ma rrakkomandatx li l-Olimpjadi jiġu posposti jew ikkanċellati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Il-canoer Arġentin Sebastian Rossi kellu jsib mezz ġdid ta’ taħriġ f’nofs il-pandemija tal-Covid-19. Rossi, ta’ 28 sena, qiegħed jitħarreġ fil-pool tal-maħbuba tiegħu b’sistema differenti minn tas-soltu. Fejn qabel kien imur…

Olimpijadi TOKYO 2020

Jekk l-Olimpjadi ta’ Tokjo ma jsirux is-sena d-dieħla se jkunu kkanċellati għal kollox. Dan qalu l-kap ta’ dawn il-Logħob Yoshiro Mori. L-Olimpjadi ta’ Tokjo kellhom isiru fis-sajf li ġej iżda…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA qiegħda tikkunsidra tgħolli l-età tal-plejers li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla. Fil-preżent, fl-Olimpjadi, it-timijiet nazzjonali tal-futbol jistgħu jilagħbu plejers sal-età ta’ 23 sena iżda l-possibbiltà hi li…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-olimpiku Will Claye għadu kif nieda video fuq YouTube bil-kanzunetta “Dreams Don’t Die.” L-idea żviluppat wara l-posponiment tal-Olimpjadi għas-sena d-dieħla. L-atleta Claye, li rebaħ midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Rio fit-triple…

Aktar