Sport Lokali
Titwaqqaf l-Assoċjazzjoni MACRO

Ftit tal-ġranet ilu twaqqfet assoċjazzjoni ġdida magħrufa bħala MACRO.

Din l-għaqda tiġbor fiha membri kwalifikati mill-World Boxing Council, European Boxing Union u l-World Boxing Federation u li huma affiljati wkoll fl-assoċjazzjoni Maltija tal-boxing kif ukoll fil-federazzjoni internazzjonali ohra f’dan l-isport.

Waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali ta’ din l-assoċjazzjoni l-ġdida li saret fil-klabb tal-futbol ta’ Ħ’Attard, kienu preżenti għaliha osservaturi indipendenti u nies midħla fil-boxing.

Miktub minn...
TVM Sport