Futbol lokali
FILMAT: Tkompli l-ġirja tal-Ispartans għall-post fl-Ewropa, Pietà l-ewwel tim relegat

KAMPJONAT OV PREMIER 2018/19

Pietà H……….0

Ħamrun S…..2

Fl-ewwel logħba fil-Hibernians Stadium, Pietà Hotspurs tilfu kontra Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-0, biex b’hekk huma l-ewwel tim relegat għall-Ewwel Diviżjoni. Min-naħa l-oħra, għall-Ispartans din kienet rebħa importanti li żammithom b’ċans tajjeb li jiksbu r-raba’ post, allura post fl-Europa League fl-istaġun li ġej.

Dan kien l-aħħar ċans għall-Hotspurs li forsi jsalvaw posthom fil-Kampjonat BOV Premier, iżda wara staġun pjuttost diżappuntanti, fejn s’issa ħadu tmintax-il telfa, il-kitba kienet fuq il-ħajt qabel dan il-konfront. Għall-Ispartans, l-aħħar żewġ logħbiet kienu skossi fejn fihom tilfu 4 punti, u għaldaqstant il-logħba tal-lum kienet importantissima għall-fini ta’ punti.

Fl-ewwel rawnd Ħamrun kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-2.

Fil-21 minuta, Chimezie ta’ Pietà prova xutt mid-distanza li iżda kien fjakk u ma’ ta l-ebda problemi lil Bartolo. Fit-33 minuta l-Ispartans tilfu ċans tajjeb li jmorru fil-vantaġġ meta Domoraud qassam lejn Tulimieri li min quddiem Chircop St John għamel dak li ħadd ma stenna minnu, u tefgħu barra. Imma żewġ minuti wara Kevin Tulimieri rnexxielu jsib ix-xibka wara li Hennenberg interċetta pass tajjeb, qabeż lill-goalkeeper u u tefa’ kross baxx li sab lit-Taljan fil-post opportun biex jikkonkludi. Fil-41 minuta reġgħu kienu Ħamrun meta Tulimieri għadda lejn Domoraud li waqqa’ lejn Calil, bix-xutt ta’ dan tal-aħħar ikun milqugħ mill-goalkeeper.

Reazzjoni mill-Hotspurs fit-52 minuta meta Agius prova xutt mill-bogħod, bil-goalkeeper Bartolo jkollu jdawwar f’corner. Fil-55 minuta reġgħu kienu Pietà, did-darba permezz ta’ Busuttil, li iżda x-xutt tiegħu minn qagħda angolata ħabat max-xibka minn barra. Mas-76 minuta Ħamrun għalqu l-logħba meta Micallef bi kross preċiż sab lil Wilfried Domoraud li minn taħt il-goalkeeper mattar il-ballun fix-xibka u għamilhom 2-0. Mat-tielet minuta tal-ħin addizjonali Mensah tal-Hotspurs kien sfortunat li ma sabx ix-xibka meta x-xutt tiegħu ħabat mal-mimduda.

Riżultat finali: Pietà H. 0  Ħamrun S. 2

BOV Plejer tal-Logħba: Wilfried Domoraud ta’ Ħamrun Spartans

Referee: Mario Apap

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Federico Falcone, l-ex plejer ta’ Valletta FC, mil-lum sar plejer ta’ Birkirkara. Falcone ffirma kuntratt ta’ sentejn. B’dan l-akkwist, Birkirkara se jkomplu jsaħħu l-iskwadra fit-tentattiv li jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li…

Futbol lokali

San Ġwann baqgħu jżommu l-ewwel post tal-klassifika ta’ The Convenience Summer Cup 2019 hekk kif intlagħbet it-tieni ġurnata ta’ dan it-turnament annwali ta’ qabel l-istaġun. It-tim immexxi minn Jean Paul…

Futbol lokali

Astana għaddew għar-rawnd tal-play-offs tal-UEFA Europa League meta ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Valletta bl-iskor ta’ 4-0 . B’hekk it-tim mill-Kazakhztan għaddew bi skor aggregate ta’ 9-1. Valletta kellhom…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena sofra telfa kbira fit-tieni partita mill-UEFA Development Tournament li qed isir f’Wales. Illum Malta tilfet bl-iskor ta’ 5-0 kontra Ċipru. It-tim nazzjonali kellu…

Aktar