BOV Premier League 2021/22
Tkompli l-mixja pożittiva ta’ Balzan taħt il-kowċ Paul Zammit b’rebħa kbira fuq Sirens

Kampjonat BOV Premier 2021/22
Sirens …… 1
Balzan ….. 6

Rebħa kbira għal Balzan biex telgħu fit-tielet post tal-kampjonat..

Wara 4 minuti logħob Aleksa Andrejic kompla lejn Alex Da Paixao bix-xutt angulat ta’ dan jaħbat max-xibka min barra, iżda ħames minuti wara Balzan marru fil-vantagg meta Milan Duric b’xutt ċentrali għeleb għall kollox lil ex-goalkeeper Sean Mintoff.

Fit-12-il minuta żball fid-difiża ta’ Balzan ħa ballun Alfred Effiong li xutt fil-baxx tiegħu spiċċa ftit barra.

Fis 16 –il minuta Balzan għamlu l-skor 2-0 meta Milos Mijic b’xutt minn taf il-kaxxa għeleb lil Mintoff.

Fit-33 minuta it-tielet gowl ta balzan beda l-azzjoni Andrejic bix-xutt finali ta’ Alex Da Paixao ħabat mal-lasta u spiċċa ġewwa, ħames minuti wara wasal ukoll ir-raba gowl meta Uros Ljubomirac b’xutt fil-baxx għeleb għall kollox lil goalkeeper ta’ Sirens.

Fit-42 minuta Balzan komplew jiskurjaw aktar gowls u reġa kien Uros Ljubomirac li mil-viċin reġa għeleb lil Sean Mintoff.

Fit-tieni taqsima r-ritmu tal-logħba naqas ħafna bit-tim ta’ Sirens prova jagħmel xi tip ta’ reazzjoni iżda Balzan ikkontrollaw tajjeb, fis-57 minuta wara azzjoni ta’ free-kick għal Sirens ix-xutt finali ta’ Jacob Walker spiċċa barra.

Fil-71 minuta xutt minn barra l-kaxxa ta’ Milos Mijic ġie salvat minn Mintoff, biex fit-78 minuta Sirens skurjaw il-gowl ta’ konsolazzjoni minn penalty, meta Fenech waqqa lil Vitor Vieira fil-kaxxa u Bogdan Gavrilla mil-11 il-metru għeleb lil Jake Galea. Fit-88 minuta is-sostitut Bojan Kaljevic b’xutt mill-viċin għeleb lil Sean Mintoff, għal skor finali Sirens wieħed, Balzan sitta.

Referee : Ishmael Barbara.
BOV Pleyer tal-partita : Uros Ljubomirac ( Balzan FC)
Formazzjonijiet :- 
Sirens FC. – S. Mintoff, A. Blanco, K. Reid( A. Nakov 85’) A. Effiong ( B. Gavrilla 67’), A. Borg, J. Walker( I. Borg 84’), C. Zammit Lonardelli, A. Cini, C. Riascos, D. Jackson( F.W. Avoce 67’), V. Viera.
Balzan FC. – J. Galea, A. Loof, M. Grima ( J. Grech 73’), M. Duric ( P. Fenech 60’), A. Da Paixao ( P. Mota 60’) U. Ljubomirac ( B. Kaljevic 73’), M. Zlatkovic, G. Camilleri, M. Mijic, A. Andrejic, S. Cipriott ( N. Frendo 60’).

Miktub minn...
Rodney Vassallo