Olimpijadi TOKYO 2020
Tkompli r-relay bit-torċa olimpika bl-awtoritajiet t’Osaka jisħqu li t-torċa ma tgħaddix mir-reġjun

Ir-relay bit-torċa olimpika tinsab fit-12-il ġurnata tagħha u tinsab għaddejja mir-reġjun t’Aichi.

Min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet tal-belt t’Osaka baqgħu jisħqu li ma jridux li t-torċa tgħaddi mir-reġjun tagħhom minħabba li fl-aħħar jiem żdiedu l-każijiet ta’ Covid-19. Suppost it-torċa olimpika għandha tasal Osaka f’nofs April, u dan huwa l-ewwel test maġġuri għall-organizzaturi sabiex jaraw kif ser iduru madwar din is-sitwazzjoni li nqalgħet. Skont il-kap tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi, Seiko Hashimoto, huma qed jagħmlu dak kollu possibbli sabiex isibu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni u qed jittamaw li jaslu għal konklużjoni fil-jiem li ġejjin.

B’kollox ser jieħdu sehem mal-10,000 sportiv u sportiva fir-relay tat-torċa olimpika li għandha tgħaddi minn 47 reġjun differenti.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA