Olimpijadi TOKYO 2020
Tkompli r-relay tat-torċa olimpika, mistennija aktar skossi fil-jiem li ġejjin

Ir-relay tat-torċa olimpika baqgħet għaddejja fost spekulazzjoni u għidut li l-Logħob Olimpiku jista’ jiġi kkanċellat minħabba r-raba’ mewġa tal-pandemija tal-Covid-19 fil-Ġappun. Matul il-ġurnata tat-Tnejn it-torċa olimpika lestiet il-jumejn li kellha tagħmel fir-reġjun ta’ Miyazaki u mxiet lejn ir-reġjun ta’ Kagoshima.

It-Tnejn, it-torċa bdiet minn Miyazaki City, u għaddiet minn ħamest ibliet oħra sakemm finalment waslet fil-belt t’Ebino qabel qabdet triqitha lejn ir-reġjun ta’ Kogashima. Fil-preżent, il-pubbliku qed jitħalla jsegwi l-mixja tat-torċa olimpika, imma fi tmiem din il-ġimgħa, meta t-torċa tasal fir-reġjun t’Okinawa, ħadd mhu ser jitħalla joħroġ minħabba inċidenzi għolja ta’ każijiet ta’ Covid-19. Barra minn hekk, it-torċa mhijiex ser tgħaddi mill-belt ta’ Miyakojima matul il-ġurnata tal-Ħadd minħabba l-biża’ li l-każijiet jisplodu ‘l fuq.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA