
Sports Internazzjonali
Tlielaq tal-klieb – Remy Coste jirbaħ is-17-il edizzjoni
Musher Remy Coste flimkien mal-klieb tiegħu rebħu La Grande Odyssee fl-Alpi Franċiżi. Il-Franċiż rebaħ l-unur wara li fl-għaxar u l-aħħar stadju ħareġ rebbieħ u għeleb lit-timijiet l-oħra. Din mhijiex l-ewwel rebħa għal Remy Coste u l-klieb tiegħu, għax rebħu l-unur fl-2016, 2018, 2019, 2020 u din is-sena wkoll.
Il-Ġermaniża Sylvia Ulrich spiċċat it-tieni filwaqt li l-Franċiż Jean Combazard spiċċa t-tielet.
Is-sbatax-il edizzjoni tal-kompetizzjoni bdiet fid-9 ta’ Jannar, u b’kollox ħadu sehem 55 musher flimkien ma’ 500 kelb. Din is-sena, it-tellieqa fuq distanza globali ta’ 400 kilometru, kienet magħluqa għall-pubbliku minħabba r-restrizzjonijiet tal-Covid-19.