International Sports
Tliet atleti sospiżi wara li ħadu sustanzi projbiti

Tliet atleti ġew sospiżi wara li rriżultaw pożittivi għal testijiet tad-doping li sarulhom fl-aħħar snin u fl-aħħar xhur. Dawn l-atleti li huma l-Pole vaulter Stanislau Tsivonchyk mill-Belarus, il-maratoneta Kenyan Mikel Kiprotich Mutai u l-long distance track runner mara Kiranjeet Kaur mill-Indja nstabu li kienu jieħdu sustanzi pprojbiti.

Huwa ġew sospiżi mill-Athletics Integrity Unit talli kisru r-regolamenti tal-World Athletics.

Il-Każ tal-atleta mill-Belarus mur lura għall-Olimpijadi ta’ Londra tas-sena 2012 fejn b’hekk ġew ikanċellati r-riżultati tiegħu kollha miksuba għall-perjodu ta’ sentejn li magħhom tiżdied sospensjoni ta’ 24 xhar.

Il-Każijiet tal-atleti mill-Kenya u dak mill-Indja huma relatati ma’ kompetizzjonijiet tas-sena l-oħra u dawn weħlu erba’ snin sospensjoni mill-kull attivita’ sportiva.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.