Futbol lokali
FILMAT: Tliet punti importanti għal Sliema

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema Wds…….2

Birkirkara……….1

Birkirkara kienu deċiżament aħjar fl-ewwel taqsima fejn għal ħinijiet kienu fuq l-attakk u wara seba’ minuti kellhom gowl ta’ Falcone mħassar, bl-istess plejer jikkonkludi għoli minn qagħda tajba ftit wara.

Fis-26 minuta kien Barona li salva l-periklu għal Sliema meta tajjar qabel il-ballun qabeż il-linja tal-gowl u sitt minuti mill-intervall Birkirkara fallew ċans tad-deheb meta Yankam minn quddiem il-lasta xeħet ftit barra.

Fil-41 minuta Birkirkara kisbu vantaġġ meritat meta Guillaumier qassam lejn Henrique Prado Caio li skorja b’lob preċiż. Iżda r-reazzjoni ta’ Sliema kienet immedjata u żewġ minuti wara l-iskor kien indaqs meta Jean Paul Farrugia minn qagħda ferm angolata xeħet wara Hogg.

Fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima Jake Galea salva lill-Wanderers fuq daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Falcon u fuq xutt bomba tal-istess plejer.

Kwarta mit-tmiem Sliema fil-vantaġġ meta Juri Cisotti skorja ġmiel ta’ gowl b’xutt mill-sbaħ mid-distanza. Minuta wara daqqa ta’ ras ta’ Jean Paul Farrugia kienet salvat minn Hogg.

Birkirkara attakkaw fl-ahhar hinijiet anki bid-dhul ta’ Michael Mifsud fl-attakk, iżda l-Wanderers għalqu tajjeb fid-difiża biex kisbu rebvha prezzjuza.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT PREMIER 2019/20 Valletta……….2 Sliema………..1 Valletta reġgħu rritornaw għar-rebħ meta għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti kienu ferm prezzjużi minħabba li issa t-tim mill-kapitali qabżu…

Futbol lokali

Tħabbret il-mewt tal-eks plejer tat-tim Nazzjonali Malti u ta’ Valletta FC. Josie Urpani miet fl-età ta’ 83 sena. Ma’ Valletta FC, Urpani rebaħ tliet titli u żewġ F.A. Trophies Urpani…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 GŻIRA UTD……1 SANTA LUCIA..2 Santa Lucia ħasdu lil Gżira b’żewġ gowls tal-player tal-logħba Rei Tachikawa biex minkejja li lagħbu nofs it-tieni taqsima bi player anqas xorta…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 SIRENS FC……..2. MOSTA FC…….0. Fil-11-il minuta pass tajjeb ta’ Lucas Memezes lil Flavio Cheversan li baqa’ javvanza pero xutt finali tiegħu gie imdawwar f’korner minn Vella….

Aktar