X

FILMAT: Tliet punti importanti għal Sliema

Story Published

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20

Sliema Wds…….2

Birkirkara……….1

Birkirkara kienu deċiżament aħjar fl-ewwel taqsima fejn għal ħinijiet kienu fuq l-attakk u wara seba’ minuti kellhom gowl ta’ Falcone mħassar, bl-istess plejer jikkonkludi għoli minn qagħda tajba ftit wara.

Fis-26 minuta kien Barona li salva l-periklu għal Sliema meta tajjar qabel il-ballun qabeż il-linja tal-gowl u sitt minuti mill-intervall Birkirkara fallew ċans tad-deheb meta Yankam minn quddiem il-lasta xeħet ftit barra.

Fil-41 minuta Birkirkara kisbu vantaġġ meritat meta Guillaumier qassam lejn Henrique Prado Caio li skorja b’lob preċiż. Iżda r-reazzjoni ta’ Sliema kienet immedjata u żewġ minuti wara l-iskor kien indaqs meta Jean Paul Farrugia minn qagħda ferm angolata xeħet wara Hogg.

Fl-ewwel kwarta tat-tieni taqsima Jake Galea salva lill-Wanderers fuq daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ Falcon u fuq xutt bomba tal-istess plejer.

Kwarta mit-tmiem Sliema fil-vantaġġ meta Juri Cisotti skorja ġmiel ta’ gowl b’xutt mill-sbaħ mid-distanza. Minuta wara daqqa ta’ ras ta’ Jean Paul Farrugia kienet salvat minn Hogg.

Birkirkara attakkaw fl-ahhar hinijiet anki bid-dhul ta’ Michael Mifsud fl-attakk, iżda l-Wanderers għalqu tajjeb fid-difiża biex kisbu rebvha prezzjuza.