Motorsport
Tmiem il-ġimgħa impenjattiv għal diversi sewwieqa Maltin barra minn xtutna

Rodren Vella u Bernard Galea se jieħdu sehem f’tellieqa ‘endurance’ f’Brands Hatch fl-Ingilterra li hu parti mill-kampjonat organizzat mis-750 motors club tal-Ingilterra. L-impenn jibda proprju mill-Hamis li ġej.

Grupp ta’ xufiera oħra se jsallpu lejn sqallija fejn se jipparteċipaw fit-tieni rawnd tal-kampjonat Malti tat-Timeattack organizzat minn 360 Motorsport klabb ta’ Malta fl-autodromo Concordia f’Agricento fi Sqallija.

Iżda bla dubju ta’ xejn, l-ikbar attenzjoni se tkun fuq il-benjamin Malti Duncan Micallef li se jkun impenjat fit-tieni rawnd tal-għola klassi tal-kampjonat tad-drag racing Ewropew organizzat mill-FIA fl-Arena ta’ Tierp fl-Isvezja.

Micallef se jibda t-tieni rawnd fir-raba’ post tal-klassifika wara li fl-ewwel rawnd kellu xi diffikultajiet fil-kwalifikazzjonijiet iżda ma żbaljax meta bdew l-eliminazzjonijiet fejn saq kontra l-kampjonessa renjanti Anita Makela tal-Fillandja.

Miktub minn...
TVM Sport