Tmien drivers tal-Hillclimb ġewwa Ragusa fi Sqallija

Tmien xufiera Maltin membri tal-Island Car Club Malta sejrin jikkompetu f’hillclimb ġewwa Ragusa fi Sqallija, fi tmiem il-ġimgħa. Din ser tkun id-disa’ u ħamsin episodju tat-tellieqa f’Chiaramonte Gulfi. Ix-Xufiera huma, Joe Anastasi b’Mini Cooper 1500cc, Darren Camilleri b’Reynard 903 Suzuki 1300cc, Edward Calleja b’Lotus Elise Honda 2000cc, Captain James Dumford, b’Radical PR6 Suzuki 1400cc, Jesmond Mangion b’Lotus Elan Cosworth  2000cc, u ibnu Ryan Mangion b’Ford Escort Mk1 Turbo 1600cc, Mark Micallef b’Radical Club Sport Suzuki Turbo u Noel Galea b’Escort MK2 Vauxhall 2000cc

It-Tellieq gewwa Chiaramonte toffri sfida ferm ikbar minn dik li x-xufiera huma imdorrijin biha Malta peress li l-itwal triq li għandna Malta hija ta 1.2 kilometru filwaqt li dik ta’ Chiaramonte hija ta’ 5.5 Kilometru. Il-karozzi iridu jkunu preparati għal triq ta’ dan it-tul kif ukoll il-konċentrazzjoni tax-xufiera.  Ix-Xufiera Maltin sejrin jikkompetu f’diversi klassijiet kontra 150 xufier Taljan.

Din ma hiex l-ewwel darba li xufiera Maltin telgħu għal din it-tellieqa ġewwa Ragusa u kellhom xi suċċessi, fosthom is-sena l-oħra meta Mark Micallef saq il-karozza Osella Honda tat-tim Catapano Corse u spiċċa t-tellieqa fit-tnax il-post fost ix-xufiera kollha. Is-sena l-oħra ukoll Edward Calleja, Noel Galea, Joe Anastasi, David Anastasi u Chris Tanti rebħu il-klassijiet rispettivi tagħhom fil-waqt li Joe Anastasi rebah il-klassi tiegħu fl-1980, 1981, and 1982 meta ikkompeta ma xejn inqas min 30 kompetitur ieħor.  

IBiex ikunu jistgħu jsuqu f’din it-tellieqa barra minn xtutna ix-xufiera Maltin kellhom jakwistaw liċenzja għas-sewqan kompetittiv kif ukoll passaport tekniku għal-vetturi tagħhom mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport.  

 

Miktub minn...
TVM Sport
.