Tnaqqis fil-pagi tal-players tas-Serie A

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Il-Flus qatt ma kienu problema fil-football taljan sa erba’ jew ħames snin ilu pero’ hi problema kbira bħalissa hekk kif għal sena oħra s-salarji tal-players li jilgħabu fl-Italja reġgħu tnaqqsu.

Dan żvelaħ il-ġurnal taljan Gazzetta Dello Sport li kif jagħmel kull sena fl-ewwel jiem ta’ Settembru jibbublika s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Clubs taljani. L-istudju wera li l-istaġun li għadda l-20 Club tas-Serie A ħallsu f’pagi is-somma ta’ EUR849 miljun ekwivalenti għall-tnaqqis ta’ EUR63 miljun li tħallsi fl-istaġun ta’ qabel u tnaqqis ta’ EUR251 miljun mill-istaġun preċedenti.

Iċ-Champions Juventus skond il-Gazzetta Dello Sport hu l-uniku Club li l-pagi tiegħu żdiedu meta attwalment huma jħallsu s-soma ta’ EUR118 miljun lill-iskwadra tal-ewwel team.

Milan li mhumiex se jieħdu sehem fl-ebda kompetizzjoni ewropeja dan l-istaġun se jħallu EUR94 miljun ewro f’pagi u Inter flimkien ma’ Napoli inqas minnhom jiġifieri EUR70 miljun.

Fost il-pay rolls interessanti hemm dawk tal-Clubs hekk imsejħa medji fejn Palermo jħallsu EUR30 miljun ewro, Sassuolo EUR28 miljun, Parma EUR 20 miljun. L-inqas team li għandu pagi hu dak ta’ Empoli li f’sena jonfoq EUR11 -il miljun ewro bl-iktar player imaħallas tat-team tagħhom hu Tavano li jitħallas EUR300,000 fis-sena.

Ir-riċerka tal-gazzetta sportiva taljana wera li l-iktar player imħallas fis-Serie A hu Daniele De Rossi ta’ Roma li jaqla sitt miljun u nofs ewro, miljun iktar mill-Arġentin Higuain ta’ Napoli. L-iktar player li jaqla flus fost il-palyers taċChampions taljani Juventus u Carlos Tevez li jaqla EUR4.5 miljun ewro.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Futbol tan-Nisa: It-Tlieta t-tim Nazzjonali Malti tal-futbol jkun impenjat f’logħba fis-Centenary Stadium kontra d-Danimarka logħba valida minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Women’s EURO 2022. In-nukleu ta’ plejers imsejħa għal…

Fil-partita li ntlagħbet kmieni fin-12.30pm, Napoli jegħlbu barra minn darhom lil Parma bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima tintemm mingħajr gowls. Napoli jiftħu l-iskor minn Dries Mertens fit-63 minuta. Lorenzo…

Liverpool jirbħu fi Stambfoird Bridge kontra Chelsea bi skor ta’ 2-0. L-ewwel taqsima li ntemmet mingħajr gowls imma fil-50 minuta r-Reds fil-vantaġġ b’gowl ta’ Sadio Mane. L-istess plejer irdoppa għal…

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti tan-nisa, Mark Gatt, sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita li Malta trid tilgħab kontra d-Danimarka, it-Tlieta li ġej. Il-partita hi valida mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropew…

Aktar