Futbol internazzjonali
Aġġornata: Tnejn pożittivi wara t-tieni rounds ta’ tests fost l-20 team tal-Premier League

Aġġornata 13:00

Il-Club ta’ Bournemouth ikkonfrma fi stqarrija ftit tal-ħin ilu li wieħed miż-żewġ individwi li ttestjaw pożittivi din il-ġimgħa fost it-testijiet li saru fl-20 Club tal-Premier hu player minn tagħhom. Il-Club qal li l-player issa se jagħmel sebat ijiem fi kwarantina.


 

Hekk kif fi tmiem il-ġimgħa sar it-tieni round ta’ testijiet għall-virus COVID-19 fost l-20 team tal-Premier League fl-Ingilterra kienu żewġ individwi li rriżultaw pozittivi. Sa issa għadu mhux magħruf jekk dawn humiex players jew staff u m’hux magħruf l-anqas jekk humiex żewġ individwi mill-istess team.

Fl-ewwel round ta’ testijiet kienu saru 40 test għal kull team pero’ fit-testijiet ta’ din il-ġimgħa dawn żdiedu b’10 għal total ta’ 50 test għal kull team fejn kienu ttestjati players, coaching staff u backroom staff.  Meta jitkompla l-Premier League Ingliż iridu jintlgħabu 92 logħba sat-tmiem.

Fuq żewġ rounds ta’ tests ittestjaw pożittivi tmien individwi minn 1,744 test.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Inter 6   Brescia 0 Tliet gowls f’kull taqsima taw rebħa kbira ta’ 6-0 lil Inter fuq Brescia. Young poġġa lin-neroazzuri minn fuq wara 5 minuti, u Sanchez minn penalty għamilhom…

Futbol internazzjonali

West Ham 3   Chelsea 2 Rebħa li tista’ tiswa ħafna lil West Ham meta f’darhom għelbu lil Chelsea bl-iskor ta’ 3-2. Dan kien skoss qawwi għal Chelsea fil-ġlieda tagħhom għal…

Futbol internazzjonali

Clemens Toennies, chairman ta’ Schalke 04, irriżenja wara 19-il sena fil-kariga. Toennies qal li rriżinja minħabba l-infezzjoni tal-coronavirus li laqtet waħda mill-fabbriki tiegħu tal-laħam u minħabba l-istaġun ħażin ta’ Schalke…

Futbol internazzjonali

Il-FIFA ssospendiet lil ex uffiċjal tagħha Markus Kattner għal 10 snin u mmultatu miljun frank żvizzeru wara li rriżulta li ħa pagamenti personali f’bonuses mingħand individwi. Fi stqarrija, il-FIFA qalet…

Aktar