International Sports
Tokjo 2020: Il-Prim Ministru tal-Ġappun jitlob lill-KOI biex l-Olimpjadi jsiru s-sena d-dieħla

Il-Prim Ministru tal-Ġappun Shinzo Abe talab lil Thomas Bach, President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex l-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 isiru s-sena d-dieħla flok fis-sajf li ġej.

Il-Ministru Olimpiku tal-Ġappun ukoll qalet li biex l-Olimpjadi jibdew u jsiru b’mod normali hemm bżonn li d-dinja twaqqaf l-imxija tal-coronavirus.

Seiko Hashimoto qalet li qed tistenna lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jisma’ l-karba tal-atleti minn madwar id-dinja li se jkunu qed jieħdu sehem fl-Olimpjadi ta’ Tokjo.

Hi qalet li kollox jiddependi mis-sitwazzjoni tal-pajjiżi minn madwar id-dinja u mis-sitwazzjoni tal-atleti.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kellu laqgħa ta’ emerġaenza l-Ħadd li għadda li fih iddiskuta l-possibbiltà li l-Olimpjadi jiġu pospostosti temporanjament.

Din kienet l-ewwel darba li l-Gvern Ġappuniż tkellem dwar il-possibbiltà li l-Olimpjadi ma jibdewx fl-24 ta’ Lulju kif inhu pjanat.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mistenni jħabbar id-deċiżjoni finali fis-sigħat jew il-jiem li ġejjin.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

MMA - UFC

Il-Fighter Brażiljana li tgħix u tittrenja fi Florida l-Istati Uniti Amanda Nunes rebħet il-ġlieda tant mistennija kontra Felicia Spencer bil-punti f’bout li fiha l-Brażiljana ddominat ħafna mir-rounds. Il-Kanadiża Spencer kienet…

Aktar