Tokyo 2020: Ikompli d-dibattitu dwar jekk isirux jew le

Il-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga qal li huwa naturali li l-Olimpjadi ma’ jsirux jekk il-ħajjiet tan-nies ma’ jkunux jistgħu jiġu protetti. Din ir-rimarka saret waqt sessjoni parlamentari hekk kif membru tal-Oppożizzjoni staqsa x’inhu l-iskop ta’ dawn l-Olimpjadi.

Suga rrimarka wkoll li jiddispjaċih li huwa biss jinsab fiċ-ċentru tal-attakk filwaqt li l-Gvernatur tal-Belt ta’ Tokyo qatt ma’ kien fuq quddiem tad-dibattitu.

Anqas minn ħamsin jum qabel il-ftuħ tal-Olimpjadi, l-Ġappun ivvaċċina ħdax fil-mija tal-popolazzjoni tal-anqas b’doża waħda, proċess kajman ħafna meta ipparagunat ma’ ekonomiji avvanżati.

Tokyo u reġjuni oħra għadhom taħt stat ta’ emerġenza li suppost li jintemm fl-20 ta’ Ġunju. L-Olimpjadi huma skedati li jibdew fit-23 ta’ Lulju.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League