Sports Internazzjonali
Tokyo 2020: Issa anke Sebastian Coe irid li jkunu posposti, tiżdied il-pressjoni fuq il-KOI

Ikomplu jaslu aktar messaġġi diretti u talbiet uffiċjali sabiex l-Olimpijadi tas-Sajf li ġej f’Tokyo jkunu posposti.

It-Tnejn kien il-President tal-IAAF il-Federazzjoni Internazzjonali tal-Atletika Lord Sebastian Coe li f’ittra li bgħat lill-President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Thomas Bach talbu sabiex jirrenja s-sens komun u t-32 edizzjoni tal-Olimpijadi ta’ din is-sena jkunu posposti.

Fl-Ittra tiegħu Coe semma tliet fatturi prinċipali għaliex l-Olimpijadi għandhom ikunu posposti fosthom:

1. Il-Kwistjoni ta’ fair play. Coe qed jgħid li mhux kull atleta bħalissa jista’ jittrenja kif jixtieq hemm pajjiżi li għandhom tracks u gyms miftuħin u oħrajn le.

2. Il-Kwistjoni ta’ injuries. Coe qed jgħid li peress li m’hemmx kontinwazzjoni ta’ taħriġ hemm ċans li l-atleti jekk isiru l-Olimpijadi fis-Sajf li ġej jippruvaw jistinkaw dak il-ftit iktar fil-kompetizzjoni u jistgħu jweġġgħu.

3. L-effett emozzjonali tal-Atleti. Coe tal-opinjoni li s-istwazzjoni ta’ inċertezza qed toħloq ansjeta’ żejda lill-atleti, lill-coaches u anke lill-uffiċjali.

Il-President tal-IAAF żied jgħid li l-maġġoranza tal-Presidenti tal-Federazzjonijiet nazzjonali jaqblu miegħu li l-Olimpijadi għandhom ikunu posposti b’sena.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

It-Tennista Ġappuniża player Naomi Osaka, li kienet il-wiċċ uffiċjali tal-istrateġija ta’ Marketing tal-Kumitat Olimpiku Ġappuniż bħala preparazzjoni għall-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 ħarġet tiddefendi d-deċiżjoni li jkunu posposti l-Olimpijadi. Osaka, li…

Sports Internazzjonali

Donazzjoni kbira mill-NFL in-National Football League hekk kif dawn taw xejn inqas minn 35miljun dollaru ekwivalenti għal €31 miljun lill-entitajiet tas-saħħa fl-Istati Uniti fi sforz li tkun kontrollata l-coronavirus fl-Istati…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-atleti li kienu diġà kwalifikaw għall-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 qabel ma l-Logħob ġie pospost, se jżommu posthom bħala parteċipanti għal meta se jsiru s-sena d-dieħla. Madraw 6,200 atleta minn 11,000…

Formula 1

Għalkemm l-istaġun tal-Formula 1 kellu jiġi pospost minħabba l-imxija tal-coronavirus, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ispekulazzjoni li qiegħda ddawwar ċertu timijiet u sewwieqa f’dan il-mument. Ftit jiem qabel ma ntemm l-istaġun…

Aktar