Futbol lokali
Tomic u Braunovic jieħdu t-tmexxija ta’ Senglea Athletic

Il-klabb tal-Premier Senglea Athletic ħabbar li l-kowċ Vladan Tomic ser ikun qed imexxi t-tim għall-kumplament tal-istaġun. Jassistih fuq il-bank ser ikun hemm l-ex player ta’ Rabat, Valletta u Birkirkara Drasko Braunovic.

Senglea bħalissa jinsabu fil-post ta’ qabel tal-aħħar b’sittax il-punt, ħames punt taħt Sliema Wanderers u Gudja United. Nhar is-Sibt li għadda huma tilfu bl-iskor ta’ 5-2 kontra Santa Lucia.

Tomic u Braunovic mistennija li jaslu Malta nhar il-Ħamis li ġej. Peress li fi tmiem il-ġimgħa mhux ser ikun hemm logħob mill-Kampjonat Premier peress li ser jintlagħbu l-logħbiet mill-kwarti finali tal-FA Trophy, l-impenn li jmiss għal Senglea jkun nhar is-Sibt 7 ta’ Marzu kontra Sliema Wanderers.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Malta Football Association għandha reġistrati magħha 845 kuntratt mill-erba’ diviżjonijiet rispettivi tagħha li huma l-Kampjonat BOV Premier, il-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni, il-Kampjonat BOV tat-Tieni Diviżjoni u l-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni….

Futbol lokali

Il-Malta Football Association se tkun qed tipproponi xenarji differenti dwar kif se jitkomplew il-kompetizzjonijiet domestiċi f’pajjiżna fosthom li dawn jintlagħbu fix-xhur tas-sajf wara l-bibien magħluqa. TVMSport jinsab infurmat li Bjorn…

Futbol lokali

Il-Malta Football Association illum varat proġett ġdid ta’ programm tat-televiżjoni mmirat speċifikament għat-tfal f’dan iż-żmien meta ħafna qedgħin kostretti jqattgu l-ħin tagħhom id-dar. L-għan ta’ dan il-programm bl-isem ta’ ‘Training…

Aktar