Ibburdjar
Tommaso De Fontes jirbaħ l-20 edizzjoni tal-Mapfre Middlesea Euromed Regatta

Il-Mapfre Middlesea Euromed Regatta, ospitata mill-Malta Young Sailors Club taħt l-aswpiċji tal-Malta Sailing Federation ġiet fi tmiema l-Ħadd wara nofshinar meta saru l-aħħar tlielaq tal-Kampjonat ġewwa il-bajja tal-Mellieħa. 

L-Uffiċjal tat-Tellieqa Peter Dimech spejga kif żvolġa il-Kampjonat, li rat il-flotta Optimist itellaq total ta’ seba tlielaq ta’ kwalifikazzjoni.  Fuq bażi tar-riżultati miksuba f’dawn it-tlielaq il-flotta ġiet maqsuma f’tlett kategorijii – Deheb, Fidda u Bronż. Filwaqt li il-flottot tad-Deheb u Bronż kellhom ħames tlielaq fil-parti finali tal-kampjonat, il-flotta tal-Fidda kellhom erba’. Il-flotta tal-Beginners’ ma tellqitx il-Ħadd minħabba ir-riħ qawwi li laqat il-bajja il-Ħadd filgħodu u li kien qed jilħaq madwar 36 mil nawtiku fis-siegħa f’ċertu ħinijiet. Il-Klassi Laser kellhom total ta’ għaxar tlielaq, bl-aħħar tnejn isiru kmieni l-Ħadd filgħodu.  

Klassi Optimist

It-Taljan Tommaso De Fontes, ġie dikjarat ir-rebbieħ tal-għoxrin edizzjoni tal-Mapfre Middlesea Euromed Regatta. De Fontes li kien qed itellaq fil-Division Seniors tal-Flotta tad-Deheb kellu vantaġġ komdu fuq Alessandro Cortese li kiseb it-tieni post.  Ħdax -il punt kienu qed jisseparaw lit-tnejn. Fit-tielet post daħal Michele Luigi Adorni. L-aħjar riżultati miksuba mill-baħħara Maltin, li kollha jiffurmaw parti mill-klabb ospitanti Malta Young Sailors, kienu dawk ta’ Antonio Gasperini, Benjamin Vassallo u Nicolas Drescher, li kklassifikaw fl-10, il-11 u it-tnax -il post fil-klassifika ġenerali. 

Fid-Diviżjoni Gold Cadet, Eric Fenech Pace (Malta Young Sailors Club) żamm l-ewwel post. Hu kien segwit minn Timmy Vassallo (Malta Young Sailors Club) u Kostantinos Portosalte (GRE). Fenech Pace rreġistra is-16 il-post fil-flotta tad-deheb. 

Il-Podju tas-Seniors tal-flotta tal-Fidda kien mgħamul minn up of Mia Klaboe (NOR), Finian Morris (GBR) u Luke Turvey (IRL), filwaqt li t-tlett l-aqwa Maltin f’din il-kategorija kienu Danjel Fenech (Birzebbugia Sailing Club),  Leonardo Procopio u Flynn Mifsud – dawn tal-aħħar Malta Young Sailors’ Club. Fit-taqsima tal-Cadets, Jonas Micallef (Malta Young Sailors’ Club) daħal l-ewwel u kiseb id-disa’ post overall. Hu kien segwit minn Pierluigi Taccon Acton (ITA) u Artem Cherpita (RUS). 

Għall-kemm l-ewwel tlett ismijit tal-flotta Bronze baqgħu l-istess bħal tal-bieraħ, kien hemm xi tibdil fil-posizzjonijiet. Giuseppe Gaetano, rebaħ it-taqsima, segwit minn Oscar Morgan Harris (GBR) u Marta La Greca (IGZ).  Matthew Cachia Debono, Maximilan Formosa u Andrene Azzopardi kienu l-aħjar baħħara Maltin fit-taqsima Seniors. It-taqsima tal-Bronze Cadet rat lil Daniil Iarchenkov (RUS), Gilda Nasti (ITA) u Simone Paturzo (ITA) jieħdu l-unuri, filwaqt li Oliver Drescher, Emily Fenech u Nicolai Bartolo kienu l-Maltin bl-aħjar riżultati f’din it-taqsima. 

Minħabba li ma kienx hemm tlielaq fil-Klassi Beginners, ir-riżultati miksuba l-bieraħ baqgħu l-istess. Dan fisser li l-podju kien mgħamul minn Alexander Fastenko (RUS),  Felix Mulder (HKG) u Veronika Basalkina (RUS). L-Ewwel Malti f’din il-klassi kien Poyraz Fidanboy (Royal Malta Yacht Club) li kien punt wieħed biss mit-tielet post.  

Klassi Laser

Il-Ħadd filgħodu, l-Klassi Laser bdiet it-tlielaq iktar kmieni sabiex jużaw il-korsa ppreparata għall-flotta tal-Optimist. Fil-Klassi 4.7 l-Isviżerra Anja Von Allmen spiċċat il-kampjonat mingħajr telfa sabiex rebħet it-titlu tal-klassi.  Fit-tlielaq tallum Saul Vassallo (Malta Young Sailors’ Club) u Georg Erik Ristall kisbu it-tieni post kull wieħed fiż-żewġ tlielaq, filwaqt li Matthew Flores (Birżebbugia Sailing Club) kiseb it-tielet post. Minkejja li ta prestazzjoni tajba Flores tilef it-tielet post b’distakk ta’ tlett punti wara Ristall. Fil-Klassifika ġenerali, il-postijiet fuq il-podju ġew riservati għall-Von Allmen (SUI),  Saul Vassallo (MLT) u Georg Erik Ristall (EST).   

Gregory Mifsud ħareġ ir-rebbieħ assolut tal-ġurnata. Dan ir-riżultat fisser li Mifsud kiseb it-tieni post fil-klassifika ġenerali. Zachary Zammit, li ddomina it-tlielaq sa mill-ewwel ġurnata kiseb it-tieni post u ma tellaqx fl-aħħar tellieqa minħabba injury. Minkejja dan, Zammit xorta kiseb it-titlu overall. Matthew Micallef li konsistentament kien fit-tieni post fl-ewwel tlett ijiem kiseb it-tielet post, b’punt wieħed biss jisseparaħ minn Mifsud.  B’hekk il-podju tal-Klassi Laser kien mgħamul minn baħħara Maltin mill-Malta Young Sailors’ Club.

Iċ-Ċerimonja tal-għoti tal-premijiet saret iktar tard matul is-serata fil-preżenza tas-Sur Boris Curmi, Chief Commercial Officer, Mapfre Middlesea plc u is-Sur John Huber, Chairman tal-Yachting Malta kif ukoll diversi uffiċjali mill-Malta Sailing Federation u il-Kumitat Olimpiku Malti. 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Il-Malta Cruising Club se jorganizzaw l-International Siracusa Cruise bejn is-Sibt 27 ta’ Lulju u s-Sibt 3 ta’ Awwissu. Id-distanza ta’ 85 mil nawtiku bejn Malta u Siracusa se tinqasam f’żewġ…

Ibburdjar

Ir-rebħa tas-super-maxi jott Wild Oats XI reġgħet qiegħda f’nofs kontroversja, wara li issa, l-iskipper Mark Bradford u s-sid Peter Harburg tal-jott Black Jack qegħdin jipprotestaw li l-jott Wild Oats XI…

Aktar