Futbol lokali
Tony Cassar ikkonfermat President ta’ Tarxien Rainbows FC

Tony Cassar, il-President ta’ Tarxien Rainbows FC, ġie kkonfermat fil-kariga għal tal-inqas sena oħra.

Dan ħareġ mil-Laqħa Ġenerali Annwali li kellu l-klabb, ilbieraħ.

Waqt id-diskors tiegħu, l-President Cassar spjega il-viżjoni tal-klabb għas-snin li ġejjin hekk kif għal staġun ieħor ir-Rainbows ser ikunu qegħdin jikkompetu fl-ogħla divizjoni tal-futbol Malti.

Is-Segretarju Ġenerali Hubert Zammit ta’ ħarsa lejn l-istaġun li għadda, kemm mil-lat amministrattiv kif ukoll mil-lat sportiv u elenka l-bidliet pożittivi li diġà bdew isiru.

Fl-aħħar tal-laqgħa ġie ffurmat il-Kumitat Ċentrali tal-klabb għall-istaġun li ġej. Dawn huma:

President – Anthony Cassar
Viċi President – Charles Cassar
Segretarju Ġenerali – Hubert Zammit
Teżorier – Kevin Kirby
Assistent Segretarju Ġenerali – Keith Darmanin
Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi u Media – Neil Portelli
Council Member – Claudio Martinelli

Membri:

Alistair Avallone
Mario Muscat
Claudia Kirby Balzan
Annunziato Mangion

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Futbol lokali

Hekk kif il-ftuħ tal-istaġun tal-football 2020/21 bl-impenji tal-Clubs Maltin fil-kompetizzjonijiet tal-UEFA riesaq iktar viċin, l-MFA fiċ-ċirkostanzi preżenti qed tħejji u tintensifika l-protokolli mediċi interni tagħha biex fl-eventwalita’ li l-Clubs Maltin…

Aktar