
Minkejja ċ-ċikostanzi, kollox jidher tajjeb sabiex il-41 Rolex Middle Sea Race, tibda fis-17 ta’ Ottubru 2020, skond il-pjan, mill-Port il-Kbir tal-Belt Valletta. Minkejja l-interruzzjoni kontinwa kkawżata mill-pandemija COVID-19, bħalissa hemm 79 jott rreġistrati li jirrappreżentaw 21 pajjiż. Flotta diversa u attraenti minħabba ċ-ċirkostanzi, b’xi jottijiet partikolari. Ir-Royal Malta Yacht Club (RMYC) mhu qed jieħu xejn bħala fatt. L-istampa globali li qedgħa tiżviluppa kontinwament għadha tippreżenta ostaklu enormi qabel ma l-kanuni tas-Saluting Battery jindikaw il-bidu tat-tellieqa.
F’termini ta’ preparazzjonijiet, l-RMYC huwa avvanzat sew. It-Task Force COVID-19 immexxi mill-ex membru tal-kumitat Mark Vella qed jiġbed l-għarfien espert minn numru ta’ individwi inklużi, b’mod importanti, xi wħud b’esperjenza ta’ quddiem fil-ġestjoni tar-rispons tas-saħħa pubblika f’Malta.
L-RMYC żied paġna COVID-19 mal-websajt RMSR fejn tagħti dettalji dwar l-aċċess għall-klabb, il-proċess ta’ reġistrazzjoni, faċilitajiet u restrizzjonijiet.
L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech huwa membru ieħor tat-Task Force b’responsabbiltà partikolari għat-tlielaq. “Li nwassal it-tellieqa b’mod sigur, sensibbli u sensittiv hija l-prijorità tiegħi,” stqarr Dimech. “Fuq livell ta’ kompetitur, ħadna numru ta’ passi. Per eżempju, imxejna kemm nistgħu mill-proċess ta’ reġistrazzjoni online u neħħejna l-ispezzjoni tad-dgħajsa billi naċċettaw dikjarazzjoni formali mill-persuna responsabbli tal-jott li taċċerta il-konformita.” Minħabba li ħafna mit-tellieqa ssir fl-ibħra Taljani, Dimech huwa regolarment f’kuntatt mal-awtoritajiet Taljani. Din is-sena teħtieġ attenzjoni saħansitra aktar dettaljat. “Qed nieħdu l-passi normali kollha inkluż kuntatt mill-qrib mal-Ambaxxata Taljana f’Malta u korpi marittimi relevanti,” żied Dimech. “Bil-pandemija f’moħħna, qed nieħdu wkoll passi biex nistabbilixxu proċedura uffiċjali għad-dgħajjes li jirtiraw u li għandhom bżonn ifittxu kenn f’xi port Sqalli.”
Bit-tellieqa ftit iktar minn tliet ġimgħat ‘il bogħod, il-preparazzjoni ta’ kulħadd qed tiżdied – kemm mill-organizzaturi kif ukoll għall-ekwipaġġi.





