Futbol internazzjonali
Tottenham bl-uniku każ pożittiv ta’ coronavirus

Tottenham Hotspur ikkonfermaw każ ta’ coronavirus.

Dan il-każ ħareġ fl-aħħar rawnd ta’ testijiet li saru fuq il-plejers tal-Premier League Ingliż.

Fi stqarrija, il-klabb ta’ Tottenham qal li minħabba kunfidenzjalità medika, mhux se jixxandar isem il-persuna infettata.

Dan kien l-uniku plejer infettat minn 1,197 test li sar fuq il-plejers, kowċis u membri tal-istaff li qed jiġu ttestjati darbtejn fil-ġimgħa.

Il-Premier League Ingliż mistenni jitkompla fis-17 ta’ Ġunju.

Miktub minn...
TVM Sport