Futbol internazzjonali
Tottenham f’diskussjonijiet ma’ Antonio Conte

Rapporti tal-media fl-Ingilterra qed jgħidu li l-klabb ta’ Londra, Tottenham Hotspur, jinsabu f’diskussjonijiet mal-kowċ Taljan, Antonio Conte.

Tottenham ilhom ifittxu manager fiss sa minn meta keċċew lil Jose Mourinho f’April li għadda.

Conte jinsab mingħajr klabb wara li ħalla lil Inter ftit tal-jiem ilu, tliet ġimgħat wara li rebaħ il-kampjonat Taljan.

Il-media Ingliża qed tirraporta wkoll li ż-żewġ naħat qablu fuq kollox u jonqos biss il-parti finanzjarja.

Ma’ Inter, Conte kien jitħallas €11M netti fis-sena.

Miktub minn...
TVM Sport