Futbol internazzjonali
Tottenham Hotspur f’taħditiet biex jakkwistaw lura lill-ex plejer tagħhom Gareth Bale

Tottenham Hotspur jinsabu f’taħditiet biex jakkwistaw lura lill-ex plejer tagħhom Gareth Bale.

Din l-aħbar ikkonfermaha l-aġent tal-plejer stess u qal li l-plejer tiegħu jixtieq li jiċċaqlaq minn ma’ Real Madrid.

Fil-passat, il-plejer minn Wales lagħab aktar minn 200 partita mal-klabb ta’ Londra bejn l-2007 u l-2013 u skurja 56 gowl.

Hu kien inbiegħ lill-iġganti Spanjoli għas-somma ta’ €100 miljun.

Il-ġimgħa li għaddiet, Jose Mourinho, manager ta’ Tottenham, qal li għandu bżonn attakkant ieħor fl-iskwadra tiegħu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

SUPER CUP EWROPEA 2020 Bayern Munich….2 Sevilla……………….1 (wara l-ħin barrani) Bayern Munich rebħu s-Super Cup Ewropea meta fil-partita li tnlagħbet f’Budapest, fl-Ungerija, għelbu lil Sevilla bi skor ta’ 2-1, bil-gowl…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

Zlatan Ibrahimovic hu l-aħħar vittma li ttesjta pożittiv għall-coronavirus. Ibrahimovic kellu bidu mill-aqwa għal Milan u skurja ż-żewġ gowls kontra Bologna fl-ewwel partita tas-Serie A. F’test li sar fuqu kontra…

Plejer tal-futbol fl-Estonja kiser rekord dinji hekk kif inbidel wara 13-il sekonda biss wara l-kick-off tal-partita. L-inċident seħħ lill-plejer ta’ 16-il sena Lauri Supp tat-tim ta’ Kalju li kienu qed…

Aktar