Sports Internazzjonali
Tour de France – BMC Racing jirbħu t-tielet stadju

Fit-tielet stadju ta’ dan it-Tour, it-tim BMC Racing irnexxielu joħroġ rebbieħ quddiem Team Sky. F’dan it-tielet stadju l-Brittaniku Chris Froome rnexxielu jnaqqas mid-distakk ta’ 51 sekonda li kellu sal-Ħadd mir-rivali tiegħu, wara li waqa’ minn fuq ir-rota kmieni fit-tellieqa.

Il-Belġjan Greg van Avermaet ħareġ rebbieħ fit-tielet stadju, f’ħin ta’ 38 minuta u 46 sekonda, bi Sky jidħlu t-tieni, erba’ sekondi wara. It-tielet daħal it-tim Quick-Step Floors.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Spanja huma r-rebbieħa tal-kompetizzjoni EURO Futsal Under 19 meta fil-belt kapitali tal-Latvja Riga huma għelbu lil Kroazja bl-iskor konvinċenti ta’ 6-1. Kien hemm atmosfera ferm sabiħa fil-Padiljun Sportiv ta’ Riga…

Sports Internazzjonali

L-Italja kellhom bidu tal-ħolm fil-kampjonat Ewropew tal-volleyball tal-irġiel meta ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lill-Portugall bl-iskor ta’ 3-0. It-tim immexxi minn Gianlorenzo Blengini rebaħ din il-logħba bi tliet sets konsekuttivi…

Sports Internazzjonali

Il-president ta’ Real Madrid Florentino Perez jixtieq idaħħal lit-tim tal-baskitbol fil-kampjonat NBA Amerikan. Hu fatt magħruf li Perez mhux biss għandu lit-tim tal-futbol rinomat Spanjol iżda wkoll klabb tal-baskitbol bl-istess…

Sports Internazzjonali

L-Istati Uniti sfaw eliminati mit-Tazza tad-Dinja tal-Basketball dan wara li sofrew telfa sorpriża kontra Franza fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni li qed issir fiċ-Ċina. Franza rebħet bil-punteġġ ta’ 89 għal 79 b’Evan…

Aktar