Ċikliżmu
Tour de France: Caleb Ewan jirbaħ il-11-il stadju

L-Awstraljan Caleb Ewan rebaħ il-11-il stadju tat-Tour de France meta fuq distanza ta’ 167 kilometru daħal l-ewwel quddiem Dylan Groenewegen. Ewna rebaħ bi ftit ċentimetri fuq Groenewegen bit-Taljan Elia Viviani jidħol fit-tielet post.

Din hija l-ewwel darba li Caleb Ewan qiegħed jipparteċipa fit-Tour de France, imma s’issa rnexxielu jirbaħ ukoll stasdju waqt il-Vuelta ta’ Spanja u tliet stadji fil-Giro d’Italia ftit tal-ġimgħat ilu.

Il-Franċiż Julian Alaphilippe rnexxielu jżomm il-flokk l-isfar meta matul it-tellieqa kollha żamm mal-bqija taċ-ċiklisti. Ma kienx daqstant stadju feliċi għal Nairo Quintana li għal darbtejn spiċċa fit-tieni post tal-klassifika fit-Tour de France meta 30 kilometru mit-tmiem kien involut f’inċident bejn diversi ċiklisti li ħafna minnhom spiċċaw inqalbu fl-art.

Illum isir it-12-il stadju biċ-ċiklisti jibdew jesperjenzaw il-muntanji Pirinej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Nacer Bouhanni ta’ Franza kellu sprint qawwija fl-aħħar tar-raba’ stadju tas-Saudi Tour biex ħa l-kmand tal-klassifika overall bi stadju wieħed li fadal x’jinsaq. Iċ-ċiklist ta’ Team Arkea-Samsic mar fuq quddiem…

Ċikliżmu

Il-Ġermaniż Phil Bauhaus ta’ Bahrain McLaren rebaħ it-tielet stadju tas-Saudi Tour 2020 f’ħin ta’ sagħtejn, 48 minuta u 27 sekonda. L-istadju kien minn Riyadh sa Al Bujairi fl-Arabja Sawdija. Il-Ġermaniż…

Ċikliżmu

It-Taljan Niccolo Bonifazio rebaħ it-tieni stadju tas-Saudi Tour 2020 li sar f’Riyadh f’ħin ta’ erba’ sigħat, 32 minuta u 31 sekonda. Iċ-ċiklist ta’ Total Direct Eagle spiċċa fl-ewwel post qabel…

Ċikliżmu

Il-Portugiż Rui Costa rebaħ l-ewwel stadju tas-Saudi Tour tal-Emirati Għarab Magħquda li sar ilbieraħ u li kellu tul ta’ 105 mili. L-ewwel tappa kienet passaġġ minn qalb id-deżert ta’ Riyadh…

Aktar