Sports Internazzjonali
Tour de France – Fernando Gaviria jirbaħ ir-raba’ stadju

Tour de France – id-debuttant Fernando Gaviria rebaħ ir-raba’ stadju ta’ dan it-tour, f’tellieqa li kienet twila 195 kilometru, minn La Baule sa Sarzeau. Iċ-ċiklist ta’ The Quick-Step Floors, beda l-isprint finali tiegħu ftit ‘il bogħod mhux ħażin mil-linja finali, u saħansitra rnexxielu jegħleb liċ-ċampjin renjanti Peter Sagan, kif ukoll lill-Ġermaniż Andre Greipel, li daħlu fit-tieni u t-tielet post rispettivament.

Il-Belġjan Greg van Avermaet irnexxielu jżomm il-jersey l-isfar. Il-ħames stadju tat-Tour de France jsir l-Erbgħa, b’tellieqa ta’ 204.5 kilometri minn Lorient sa Quimper, b’diversi tlajja’ matul it-tellieqa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ il-Grand Prix tal-lum f’Singapore biex żied il-vantaġġ tiegħu f’ras il-klassifika tas-sewwieqa tal-kampjonat mondjali għal 40 punt fuq Sebastian Vettel ta’ Ferrari. Hamilton baqa’ kalm u konsistenti sal-aħħar…

Formula 1

Lewis Hamilton u l-Mercedes reġgħu għamlu l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali biex għada l-Ħadd se jitilqu mill-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Singapore. L-Ingliż, li jinsab 30 punt vantaġġ fuq Sebastian Vettel,…

Formula 1

Formula 1: Hekk kif illum bdew il-provi tal-Grand Prix ta’ Singapore is-sewwieq tas-Sauber Charles Leclerc li se jkun qed jingħaqad mal-Ferrari mill-istaġun li ġej flok Kimi Raikkonen ikkraxxja u għamel…

Sports Internazzjonali

Novak Djokovic ser ikun qiegħed jiltaqa’ ma’ Juan Martin del Potro fil-finali ta’ dan il-Grand Slam meta rnexxielu jegħleb lil Kei Nishikori 6-3, 6-4, 6-2. Matul il-logħba, iċ-ċampjin ta’ Wimbeldon…

Aktar