Ċikliżmu
Tour ta’ California: Ivan Garcia Cortina jirbaħ il-5 stadju

L-Ispanjol Ivan Garcia Cortina rebaħ il-ħames stadju tat-Tour ta’ California, filwaqt li l-Amerikan Tejay van Garderen baqa’ fil-quċċata tal-klassifika u żamm il-flokk l-isfar. Fuq distanza ta’ 219.5 kilometri li ħafna minnhom kienu għat-telgħa, Garcia Cortina rnexxielu jagħmel ħin ta’ 4 sigħat 56 minuta u 11-il sekonda biex b’hekk ħa l-ewwel rebħa fil-karriera professjonali tiegħu. L-Arġentin Maximiliano Richeze daħal fit-tieni post filwaqt li l-Kolombjan Sergio Higuita daħal it-tielet.

Għalkemm van Garderen ma daħalx mal-ewwel tlieta, huwa xorta rnexxielu jaqbeż il-linja finali mal-grupp ta’ quddiem biex b’hekk żamm postu fil-quċċata tal-klassifika.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Isloven Primoz Roglic rebaħ il-Vuelta a Espana 2019. Wara li l-Ħadd intemm il-21 stadju ta’ dan it-Tour, Roglic spiċċa fuq quddiem fil-klassifika ġenerali u sar l-ewwel Sloven li rebaħ Grand…

Ċikliżmu

Iċ-ċiklisti ta’ Lotto-Soudal attendew għall-funeral ta’ seħibhom Bjorg Lambrecht ġimgħa wara l-mewt tiegħu fit-Tour tal-Polonja. Lambecht ta’ 22 sena miet wara inċident fit-tielet stadju tat-tour. Kienu sħabu ċ-ċiklisti stess li…

Aktar